Ir-Rużarju huwa Sellum tas-Sema

Is-Sibt 30 ta’ Settembru 2017. Fil-Quddies tal-lejla u ta’ għada, fil-knejjes ta’ Għawdex, sa tinqara Ittra mibgħuta mill-Isqof Mons. Mario Grech lill-poplu ta’ Alla għax-xahar ta’ Ottubru, bit-tema: “Ir-Rużarju huwa Sellum tas-Sema”. Continue reading “Ir-Rużarju huwa Sellum tas-Sema”

Seminar dwar il-pastorali: “Tirċievi biex tagħti”.

L-Erbgħa, 27 ta’ Settembru 2017: Seminar dwar il-pastorali: “Tirċievi biex tagħti”, immexxi minn Patri Martin Cilia mssp, bl-għajnuna ta’ xi katekisti fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria, Għawdex. Continue reading “Seminar dwar il-pastorali: “Tirċievi biex tagħti”.”

In-Nunzju Appostoliku jiltaqa’ mar-refuġjati f’Malta

In-Nunzju Appostoliku l-ġdid għal Malta, Monsinjur Alessandro D’Errico, żar il-Kummissjoni Emigranti u kellu l-opportunità jsir jaf aktar mill-qrib il-ħidma li din il-Kummissjoni ilha tagħmel mill-1958, f’isem tal-Knisja f’Malta, l-ewwel mal-emigranti Maltin u l-familja tagħhom u, maż-żmien, mar-refuġjati u l-migranti li bdew jaslu Malta jfittxu ħarsien internazzjonali. Continue reading “In-Nunzju Appostoliku jiltaqa’ mar-refuġjati f’Malta”

Il-Papa ħeġġeġ lill-gvernijiet biex jilqgħu lill-immigranti

L-Erbgħa, 27 ta’ Settembru 2017: Dalgħodu l-Papa Franġisku kompla l-katekeżi dwar it-tama Nisranija waqt l-udjenza ġenerali li saret fi Pjazza San Pietru.

Franġisku qal li ried ikompli jitkellem dwar dan is-suġġett b’riflessjoni dwar dak kollu li jhedded it-tama tagħna.  Mill-istorja antika tal-kaxxa ta’ Pandora, qal il-Qdusija Tiegħu, nitgħallmu li t-tama tibqa’ dejjem teżor li lill-bniedem tippermettilu jibqa’ jittama fil-providenza t’Alla mikejja l-ħażen kollu li twaddablu quddiemu d-dinja. Continue reading “Il-Papa ħeġġeġ lill-gvernijiet biex jilqgħu lill-immigranti”

L-Arċisqof fil-laqgħa tal-Konferenzi Episkopali Ewropej

L-Erbgħa, 27 ta’ Settembru 2017: L-Arċisqof Charles J. Scicluna llum ħalla Malta għal Minsk, il-Belarussja, biex jieħu sehem fl-assemblea plenarja tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE). Għal din il-laqgħa se jattendu l-isqfijiet minn 45 pajjiż fil-kontinent Ewropew. Continue reading “L-Arċisqof fil-laqgħa tal-Konferenzi Episkopali Ewropej”

Il-Vatikan jiffirma t-Trattat dwar il-projbizzjoni tal-armi nukleari

Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li s-Santa Sede rratifikat u ffirmat Trattat ġdid tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Projbizzjoni tal-Armamenti Nukleari. L-Arċisqof Paul Gallagher, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Vatikan iddikjara waqt iċ-ċerimonja tal-iffirmar li “Il-Knisja Kattolika tappoġġja kull sforz biex nersqu b’mod progressiv lejn dinja ħielsa mill-armi nukleari”. Continue reading “Il-Vatikan jiffirma t-Trattat dwar il-projbizzjoni tal-armi nukleari”

Studenti Amerikani jiddikjaraw, “Irridu nħallu lil Alla jidħol lura fis-soċjetà tagħna”

It-Tlieta, 26 ta’ Settembru 2017:  Permezz ta’ video li studenti Amerikani minn East Catholic High School tellgħu fuq Youtube, huma ħeġġew lill-persuni ta’ kull twemmin li jingħaqdu flimkien u jitolbu għall-vittmi tal-vjolenza, għall-familji, għal-libertà reliġjuża, għas-sigurtà, għall-paċi, imma fuq kollox biex il-bnedmin jerġgħu jħallu lil Alla jidħol lura fis-soċjetà.   Ara l-video bil-messaġġ kollu …. Continue reading “Studenti Amerikani jiddikjaraw, “Irridu nħallu lil Alla jidħol lura fis-soċjetà tagħna””