Il-liberta reliġjuza hija fiċ-ċentru tad-drittijiet umani.

Il-Ġimgħa, 14 Lulju, 2017: L-Arċisqof Gallagher jindirizza l-konferenza fuq il-minoranzi. Huwa jgħid kif anki qabel l-atti barbariċi tal-hekk imsejjaħ Stat Islamiku, il-Kristjani u gruppi oħra fil-minoranza kienu jħossu lilhom infushom ċittadini ta’ klassi inferjuri.
http://www.osservatoreromano.va/it/news/la-liberta-religiosa-cuore-dei-diritti-umani

Nazzjonijiet Magħquda: Id-dinjita hija fiċ-ċentru tat-tweġiba ghar-refuġjati. 

It-Tlieta, 11 Lulju, 2017:  “Il-valuri espressi fic-Charter tan-Nazzjonijiet Magħquda, partikularment dawk relatata mar-rispett ghad-drittijiet umani fundamentali u d-dinjita u valur tal-persuna umana, għandhom ikunu fiċ-ċentru tat-tweġiba tagħna lejn il-qagħda mwiegħra tar-refuġjati u migranti”.  Hekk beda l-istqarrija tiegħu Monsinjur Jurkovic quddiem  il-Kummissarju Għoli ghar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Maghquda, f’Ġinevra fl-10 ta’ Lulju, 2017.

https://zenit.org/articles/un-dignity-is-at-the-heart-of-the-response-to-refugees/

“L-offerta tal-ħajja”, kriterju ġdid għall-beatifikazzjoni

It-Tlieta, 11 Lulju, 2017: Mat-tlett kriterji diġa ezistenti, il-Papa Franġisku introduċa kriterju ġdid għall-beatifikazzjoni: “l-offerta tal-ħajja” fejn il-persuna mgħammda taċċetta mewt prematura fis-servizz tal-oħrajn. F’Motu Proprio, li ġie ppublikat fil-11 ta’ Lulju, 2017, il-Papa jistipula n-normi l-ġodda, li jitolbu ir-rikonoxximent ta’ miraklu biex il-beatifikazzjoni tkun tista sseħħ.
https://zenit.org/articles/the-offering-of-life-a-new-criterion-for-beatification/

Il-Papa Franġisku lis-Summit tal-G20: Mal-poter kbir tiġi responsabbiltà kbira

Il-Papa Franġisku lis-Summit tal-G20: Mal-poter kbir tiġi responsabbiltà kbira
Il-Ġimgħa, 7 Lulju, 2017: Il-Papa Franġisku bagħat messaġġ lill-mexxejja tal-ekonomija dinija li nġabru ghas-Summit tal-G20 f’Hamburg, fil-Ġermanja. Fil-messaġġ tiegħu, il-Papa fakkarhom fir-responsabbilta li għandhom li jaħsbu f’dawk mhux rappreżentati fis-Summit.
http://www.catholicnewsagency.com/news/pope-francis-to-g20-summit-with-great-power-comes-great-responsibility-61033/

L-importanza tal-edukazzjoni reliġjuża

Is-Sibt, 8 ta’ Lulju 2017:

Il‑Knisja f’Malta tfakkar lill‑ġenituri Kattoliċi li fl‑għażliet li jagħmlu fl‑edukazzjoni ta’ uliedhom, huma għandhom id‑dover li fl-iskola jagħżlu t‑tagħlim tar‑reliġjon. Dan ġie spjegat f’ċirkulari maħruġa mill-Kurja, li ser tinqara fil‑knejjes fi tmiem din il‑ġimgħa.
Continue reading “L-importanza tal-edukazzjoni reliġjuża”

Imut Joaquin Navarro-Valls

Il-Ħamis, 6 Lulju 2017: Imut Joaquin Navarro-Valls, Navarrovallskelliem u ħabib ta’ Gwanni Pawlu II u Benedittu XVI, fl-eta ta’ 80 sena. Navarro-Valls kien direttur tal-uffiċċju tal-istampa tas-Santa Sede mill-1984 sal-2006. Twieled fis-16 ta’ Novembru 1936 fi Spanja, u kien l-ewwel lajk u l-ewwel persuna ta’ nazzjonalita mhux taljana f’din il-kariga. Fil-prezent kien president tal-kunsill konsultativ tal-Universita Campus Bio-Medico ta’ Ruma.

https://zenit.org/articles/joaquin-navarro-valls-spokesman-and-friend-of-john-paul-ii-dies-at-80/

Programm taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ Preca 2017

It-Tlieta li ġej, 9 ta’ Mejju 2017, il-Knisja f’Malta tiċċelebra l-festa tal-ewwel qaddis Malti, San Ġorġ Preca.  Għal din l-okkażjoni, fil-Kappella tal-Madonna tal-Midalja Mirakoluża (il-Kappella tal-MUSEUM), il-Blata l-Bajda se jsiru dawn iċ-ċelebrazzjonijiet: Continue reading “Programm taċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Ġorġ Preca 2017”