Nilqgħu fostna lin-Nunzju Appostoliku

It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017. Ittra lill-Poplu ta’ Alla tal-E.T. Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex

Għeżież,  Ftit ġimgħat ilu wasal f’pajjiżna n-Nunzju Appostoliku l-ġdid l-E.T. l-Arċisqof Mons. Alessandro D’Errico. Il-preżenza tan-Nunzju f’pajjiżna tgħinna nsaħħu r-rabtiet tagħna mal-Q.T. il-Papa Franġisku. Fi kliem il-Papa Franġisku, in-Nunzju Appostoliku huwa dak li jisma’ b’attenzjoni fejn tħabbat il-qalb tiegħu ta’ Ragħaj universali tal-Knisja, u jaħdem biex in-nifs tal-imħabba tal-Papa jasal fil-Knejjes kollha. Continue reading “Nilqgħu fostna lin-Nunzju Appostoliku”

Madre Tereża se tkun ddikjarata ko-patruna tal-Arċidjoċesi ta’ Kalkutta

It-Tlieta, 5 ta’ Settembru 2017:  Sena wara l-Kanonizzazzjoni tagħha mill-Papa Franġisku, il-Qaddisa ta’ Madre Tereża se tkun dikjarata mill-Arċisqof ta’ Kalkutta bħala protettriċi tal-Arċidjoċesi.  Iċ-ċeremonja se ssir għada l-Erbgħa, 6 ta’ Settembru waqt quddiesa li ser tkun ċelebrata fl-istess Katidral tar-Rużarju Mqaddes …

http://thechurchinmalta.org/mt/posts/71810/madre-tereza-se-tigi-ddikjarata-ko-patruna-tal-arcidjocesi-ta-kalkutta

Il-Kummissjoni Ambjent dwar il-valur tas-siġar

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Settembru 2017: Stqarrija mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent fl-okkażjoni tal-Jum ta’ Talb għall-Kura tal-Ħolqien

Fil‑Bibbja spiss insibu referenza għas‑siġar. Saħansitra tissemma’ wkoll “is‑siġra tal‑ħajja”. Minbarra it‑tifsira metaforika li jista’ jkollhom, is‑siġar huma ta’ ġid kbir għall‑umanità kollha. Il‑kontribut tagħhom għal għixien aħjar imur lil hinn mill‑ispirazzjoni li joffru lill‑poeti, artisti u mużiċisti ta’ kull żmien. Continue reading “Il-Kummissjoni Ambjent dwar il-valur tas-siġar”

Messaġġ mill-Arċisqof lill-Kardinal Vincent Nichols wara l-mewt tal-Kardinal Cormac Murphy O-Connor

Is-Sibt, 2 ta’ Settembru 2017: L-Arċisqof Charles J. Scicluna bagħat messaġġ ta’ kondoljanzi lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Vincent Nichols, Arċisqof ta’ Westminster, wara li l-Ġimgħa, l-1 ta’ Settembru 2017, tħabbret il-mewt tal-Kardinal Cormac Murphy-O’Connor, Arċisqof Emeritus ta’ Westminster. Huwa kellu 85 sena. Continue reading “Messaġġ mill-Arċisqof lill-Kardinal Vincent Nichols wara l-mewt tal-Kardinal Cormac Murphy O-Connor”