Archbishop Emeritus Paul Cremona OP

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (11)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

KONSAGRAZZJONI TAL-FAMILJA LIL ALLA L-MISSIER PERMEZZ TA’ MARIJA.

(adattata minn talba   miktuba għall-Festa Familja, Mejju 2011)

Sidtna Marija: inti ġejt mogħtija lilna fuq is-Salib ta’ Ġesu’ bħala l-Omm tagħna lkoll. Nitolbuk li twassal quddiem Alla l-Missier din il-Konsagrazzjoni tagħna. Continue reading

Archbishop Emeritus Paul Cremona OP

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (10)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Konklużjoni

Il-Knisja ilha tgħallem dan għal elfejn sena. Għalhekk mhux ġust li xi wħud jattakkaw il-Knisja li qed tidħol fil-politika meta  xi partiti politiċi jqiegħdu xi aspett fil-programm elettorali tagħhom: sar fid-divorzju, biż-żwieġ tal-persuni tal-istess sess, u ‘l quddiem meta xi ħadd jibda jipproponi l-ewtanasja jew l-abort. Il-Knisja qed tkompli il-missjoni tagħha li kellha għal elfejn sena: ma tistax tieqaf biss għaliex ikun hemm il-partiti li jdaħħlu xi aspett li jmur kontra l-Pjan ta’ Alla fil-programmi tagħhom. Continue reading

Archbishop Emeritus Paul Cremona OP

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (8)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

Ġesu’ fuq iż-Żwieġ u l-Familja (tkompli). Ġesu’ tenna b’mod ċar it-tkomplija ta’ dan il-pjan ta’ Alla fih: “Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara. Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u ‘l ommu u jingħaqad ma’ martu , u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed” (Mk 10,6-8). Continue reading

Archbishop Emeritus Paul Cremona OP

“SE NIŻŻEWWEĠ”. “ARA SE TITGĦALLAQ?”: IŻ-ŻWIEĠ SAGRAMENT (7)

Mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona OP

L-Imħabba tal-Ġenituri (tkompli). Jiena għandi rispett enormi għall-ġenituri li jrabbu lit-tfal tagħhom għax hija missjoni sabiħa, iżda bħal kull ħaġa sabiħa, ikollhom jagħmlu wkoll ħafna sagrifiċċji. It-tfal għandhom ikollhom ċans biex jisimgħu u jiġu mismugħa mill-ġenituri. Din hija forsi l-iktar aspett importanti fil-formazzjoni lejn  il-valuri – meta jkunu tajbin – tal-ġenituri li jixtiequ jgħadduhom lil uliedhom. Għal dan hemm bżonn ta’ hin. Continue reading