L-Isqfijiet jawguraw lill-pubbliku fl-okkażjoni ta’ żmien il-Milied

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015: fl-okkażjoni tal-festi ta’ żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi, laqgħu lil kull min xtaq iżurhom għal bdil tal-awguri tal-istaġun. Waqt il-bdil tal-awguri, l-Arċisqof wassal il-messaġġ tiegħu lil dawk preżenti u lil dawk li kienu qed isegwu permezz tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali.

Continue reading “L-Isqfijiet jawguraw lill-pubbliku fl-okkażjoni ta’ żmien il-Milied”

Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

Il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015: Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. L-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fil-Knisja Arċipretali, u wara sar pellegrinaġġ qasir lejn is-Santwarju fejn Monsinjur Arċisqof fetaħ il-Bieb tal-Ħniena. Continue reading “Ftuħ tal-Bieb tal-Ħniena fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa”

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Milied fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru 2015: Jum il-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra mal-ħabsin, il-Quddiesa Stazzjonali fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Preżenti wkoll għal din il-quddiesa, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-Onor. Carmelo Abela.

Continue reading “L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Milied fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin”