Ħatra ġdida għall-Arċisqof Scicluna mill-Papa Franġisku

It-Tlieta, 13 ta’ Novembru 2018: Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ħatar lill-Arċisqof Charles J. Scicluna bħala Segretarju Aġġunt tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi tas-Santa Sede. Filwaqt li jibqa’ l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Scicluna ser jagħti sehem ikbar f’din il-Kongregazzjoni li hija responsabbli mill-promozzjoni u l-ħarsien tad-duttrina tal-fidi u l-morali fil-Knisja. Continue reading “Ħatra ġdida għall-Arċisqof Scicluna mill-Papa Franġisku”