Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf

Is-Sibt, 23 ta’ Ġunju 2018, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech se jmexxi ċelebrazzjoni li matulha isir it-tberik tat-trabi mhux imwielda. Iċ-ċerimonja li ser tkun fis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu fl-Għarb tibda fis-6.30pm.  Kulħadd huwa mistieden u dawk l-ommijjiet jew familji li bi ħsiebhom jattendu huma mitloba jċemplu jew jibgħatu sms fuq 99289740, inkella jibgħatu email fuq info@darguzeppadebono.org. Ara l-poster hawn taħt … Continue reading “Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf”

Petizzjoni favur il-Ħajja lir-Rappreżentanti tagħna fil-Parlament

image001

Wara li għadda l-vot tat-Tieni Qari fil-Parliament nistiednek tingħaqad magħna fil-ġlieda għall-ħajja billi tikkopja t-text hawn taħt, fejn hu relevanti iddaħħal id-dettalji tiegħek, u tibagħtu lir-Rappreżentanti kollha tad-distrett tiegħek fil-Parlament hekk kif se jibdew jiddiskutu din il-liġi fl-istadju tal-Kumitat.

Minn hawn issib il-lista tal-Parlamentari, bl-email rispettiv tagħhom.

Jekk jogħġbok ibgħat din il-petizzjoni lill-ħbieb u lill-familja kollha tiegħek.    Continue reading “Petizzjoni favur il-Ħajja lir-Rappreżentanti tagħna fil-Parlament”

L-Arċisqof ippreżenta l-verżjoni bil-Malti tal-aħħar eżortazzjoni appostolika tal-Papa ‘Gaudete et Exsultate’

Il-Ħamis, 31 ta’ Mejju 2018: Il-preżentazzjoni saret illejla fis-7pm, fil-bitħa ċentrali tas-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù, ir-Rabat. Il-pubbliku kien mistieden jattendi.

Continue reading “L-Arċisqof ippreżenta l-verżjoni bil-Malti tal-aħħar eżortazzjoni appostolika tal-Papa ‘Gaudete et Exsultate’”

Ordinazzjoni Presbiterali f’Għawdex

Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018, fis-6.30pm, fil-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, se
tinżamm l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ JOSEPH HILI (mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni
Mqaddsa Marija, ix-Xagħra).  Bi tħejjija għall-Ordinazzjoni, se tinżamm ukoll Velja ta’ Talb nhar il-Ħamis 14 ta’ Ġunju, fit-8.00pm, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Iż-żewġ ċelebrazzjonijiet sa jiġu mxandra fuq Radju Marija 102.3/107.8 FM. Continue reading “Ordinazzjoni Presbiterali f’Għawdex”