NIPPROTEĠU L-ĦAJJA MILL-BIDU NETT TAGĦHA SAT-TMIEM

Jum ta’ Talb u Sawm il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju 2018

Il-Poplu tal-Gżejjer tagħna minn dejjem kien u għadu favur il-ħajja mill-bidu nett sat-tmiem naturali.

Waqt li l-Membri Parlamentari tagħna qed jiddiskutu l-hekk imsejjaħ ‘Att li jipproteġi l-Embrijuni’, inħossu li, f’din iċ-ċirkustanza, jeħtieġ li nirriflettu aktar flimkien bħal aħwa Maltin, iżda fuq kollox irridu nitolbu l-għajnuna ta’ Alla sabiex idawwal il-qlub u l-imħuħ ta’ kull min hu responsabbli għal dan l-Att. Continue reading “NIPPROTEĠU L-ĦAJJA MILL-BIDU NETT TAGĦHA SAT-TMIEM”

Pellegrinaġġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex għar-Redentur tal-Isla

redentur

Ara l-poster … Pellegrinagg Redentur 10062018

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Ġunju filgħaxija, id-Djoċesi se torganizza pellegrinaġġ djoċesan għar-Redentur tal-Isla. Il-pellegrinaġġ se jkun immexxi mill-Isqof Mario Grech. Mal-wasla fil-Bażilika u Santwarju ta’ Marija Bambina tal-Isla, Mons. Isqof se jmexxi Pontifikal Solenni fis-6.00pm u wara jmexxi l-purċissjoni bl-istatwa devota tar-Redentur, li lejha l-Għawdxin għandhom devozzjoni speċjali.

Continue reading “Pellegrinaġġ mid-Djoċesi ta’ Għawdex għar-Redentur tal-Isla”

Uliedna, t-teknoloġija u s-social media_

Uliedna, t-teknoloġija u s-social media_ laqgħa ta’ formazzjoni …

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja tal-Knisja f’Għawdex qed torganizza laqgħa ta’ formazzjoni bis-suggett: Uliedna, t-teknologija u s-social media

Il-laqgħa ser tinżamm fl-Istitut tal-Familja, nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju fis-7.30pm u ser titmexxa minn Dun Anton Teuma.  Mistieden kulħadd, speċjalment ġenituri u carers ta’ tfal zgħar u adolexxenti.  Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.   Ara l-poster għal aktar dettalji … Continue reading “Uliedna, t-teknoloġija u s-social media_”

Jum ta’ talb u sawm favur il-ħajja għall-protezjoni tat-tarbija fil-ġuf

Il-Ħamis 10 ta’ Mejju 2018: Fi Press Release mill-Medjugorje Centre Malta publikata llum tħabbar li nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Mejju 2018 se jkun organizzat Jum Nazzjonali ta’ talb u sawm favur il-ħajja u għall-protezjoni tat-tarbija fil-ġuf. Kull persuna u għaqda flimkien mal-membri tagħhom huma mħeġġin biex jipparteċipaw bil-mod tagħhom f’din l-inizjattiva.  L-organizzaturi qed iħeġġu wkoll lill-għaqdiet biex jorganizzaw attività relatata mat-tema f’dan il-jum.  Jixtiequ wkoll li fi knejjes u  kappelli issir Adorazzjoni Ewkaristika għall din l-intenzjoni. Għal aktar tagħrif tista’ tkellem lil David Rossi fuq 79902241 Continue reading Jum ta’ talb u sawm favur il-ħajja għall-protezjoni tat-tarbija fil-ġuf