X’inhu ‘dixxerniment’ u xi jfisser?

L-Erbgħa, 10 ta’ Jannar 2018: Il-Fraternità Sekulari Charles de Foucauld flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jistiedenu lill-pubbliku għal żewġ laqgħat fejn flimkien se jiskopru xi tfisser il-kelma ‘dixxerniment’ u kif wieħed jista’ juża din l-għodda biex jasal li jagħmel għażliet u deciżjonijiet skont ir-rieda ta’ Alla – kemm fuq livell personali kif ukoll fi grupp – imdawwal mill-Vanġelu. Continue reading “X’inhu ‘dixxerniment’ u xi jfisser?”

Tħabbira tal-Festi Pontifikali tal-Epifanija

Il-Ħadd, 7 ta’ Jannar: l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa tal-Epifanija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta li matula tħabbru l-festi tal-Mulej għas-sena 2018.

 

Ħuti għeżież,
f’dawn il-ġranet deher fostna s-sebħ tal-Mulej Continue reading “Tħabbira tal-Festi Pontifikali tal-Epifanija”

Lezzjonijiet dwar It-Tagħlim Nisrani ta’ Santu Wistin

L-Istitut Agostinjan f’tal-Pjetà qiegħed joffri sensiela ta’ tmien lezzjonijiet dwar It-Tagħlim Nisrani (de doctrina christiana) ta’ Santu Wistin. It-trattat hu fost l-iktar siewja ta’ Santu Wistin wara l-Istqarrijiet u l-Il-Belt ta’ Alla.  Huwa wkoll u ta’ siwi kbir għall-għalliema tar-reliġijon, għall-kandidati għas-Saċerdozju, u għal kull min jixtieq jitgħallem jaqra l-Iskrittura Mqaddsa b’iktar profitt. Continue reading “Lezzjonijiet dwar It-Tagħlim Nisrani ta’ Santu Wistin”

Iż-żgħażagħ, ix-xorb u d-droga. X’tista’ tagħmel il-familja?

Il-Konferenza annwali organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex ser tinżamm f’ Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar bejn il-5.00pm u t-8.00pm. Bħal fis-snin l-imgħoddija l-iskop ewlieni tal-konferenza hu dak li tipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.
Continue reading “Iż-żgħażagħ, ix-xorb u d-droga. X’tista’ tagħmel il-familja?”

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Jannar 2018

Tħabbret il-lista taċ-Ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jmexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Jannar 2018. Continue reading “Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Jannar 2018”

Iż-Żgħażagħ, ix-Xorb u d-Droga

Il-Kummissjoni Djoċesana Familja tal-Knisja f’Għawdex qed torganizza konferenza bid-domanda, “X’tista’ tagħmel il-familja?” Il-konferenza ser issir fis-Sala Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, is-Sibt 20 ta’ Jannar 2018 bejn il-5.00pm u t-8.00pm. Il-kelliem se jkun it-Terapista tal-Familja, Dr Charlie Azzopardi. Ara aktar dettalji fil-poster hawn taħt …
Continue reading “Iż-Żgħażagħ, ix-Xorb u d-Droga”

Il-Lejl tal-Milied fil-Katidral tal-Imdina

Il-Ħadd, 24 ta’ Diċembru 2017: Is-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu ser tkun ċelebrata llejla fil-Katridral tal-Imdina b’Velja ta’ Kant tal-Milied u Priedka tat-Tifel u wara b’Quddiesa Stazzjonali ta’ Nofsillejl preseduta mill-Arċisqof Charles J. Scicluna. Jekk ma tkunx tista’ tkun preżenti hemmhekk jew f’xi Knisja oħra, allura tista ssegwi din iċ-ċelebrazzjoni live minn din il-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/VOD2_LSTR.htm

Hawn taħt issib ukoll il-librett taċ-ċelebrazzjoni biex tkun tista’ ssegwi aħjar …
Librett għall-Lejl tal-Milied fil-Katidral tal-Imdina