Kif Nikkoreġu lil uliedna?

Laqgħa ta’ formazzjoni għal ġenituri u legal guardians.

Il-laqgħa li jmiss ta’ parental skills ser issir nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Novembru, fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Victoria, Għawdex, fis-6.00pm. Is-suggett tal-laqgha ser ikun: KIF NIKKOREGU LIL ULIEDNA?

Għal dawk li jkollhom bżonn, ser ikun hemm ukoll min jieħu ħsieb it-tfal.

Continue reading “Kif Nikkoreġu lil uliedna?”

Taħdita organizzata mis-Soċjetà Patristika Maltija

ILKOLL AĦWA FI KRISTU.  Il-Kunċett u l-Esperjenza tal-Fraternità fost l-Insara skont il-Missirijiet tal-Knisja.

Din hija t-tema ta’ taħdita organizzata mis-Soċjetà Patristika Maltija nhat l-Erbgħa, 8 ta’ Novembru 2017.  Il-kelliem se jkun Dun Hector Scerri.  L-attività  ser issir fil-Kurja tal-Arċisqof, Floriana, tibda fis-7.00 ta’ filgħaxija u tintemm sat-8.00.   Id-dħul ikun mill-bieb ta’ wara, dak fi Triq l-Iljun.

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Novembru 2017

Tħabbret il-lista taċ-Ċelebrazzjonijiet liturġiċi li se jmexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Novembru 2017. Continue reading “Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Novembru 2017”

Il-Qaddisin kollha u l-Għid tal-Imwiet

Nhar l‑Erbgħa l‑1 ta’ Novembru 2017, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑Festa tal‑Qaddisin kollha, li matulha jagħlaq il‑proċess Djoċesan għall‑kawża tal‑Beatifikazzjoni tal‑Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan. Din ser issir fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u tibda fil‑5:00 p.m. bir‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesta. Din il‑festa tiġi ċċelebrata mill‑Knisja Universali biex l‑Insara jagħtu ġieħ lill‑Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l‑eżempju tagħhom.
Continue reading “Il-Qaddisin kollha u l-Għid tal-Imwiet”

Quddiesa mill-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin

Nhar il-Ħamis 16 ta’ Novembru 2017 jaħbat l-ewwel xahar mill-qtil tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia.

L-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin se tagħmel Quddiesa għal ruħha dakinhar fis-7.00pm, fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, il-Belt Victoria.
Continue reading “Quddiesa mill-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin”