Quddiesa fl-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar fit-3 ta’ Novembru 2017. Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria): fit-8.00pm. Ikun hemm ukoll il-possibilta’ tal-Qrar minn kwarta qabel. Continue reading Quddiesa fl-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Ċelebrazzjoni Djoċesana għat-Tfal fil-festa ta’ Kristu Re f’Għawdex

Il-Ħamis, 23 ta’ Novembru 2017, fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur, ser issir Ċelebrazzjoni Djoċesana għat-Tfal.  Iċ-ċelebrazzjoni li jisimgħa, Niltaqgħu ma’ San Tarċisju ser issir għat-tfal ta’ Years 4, 5 u 6.  Ara l-poster b’aktar dettalji … Continue reading “Ċelebrazzjoni Djoċesana għat-Tfal fil-festa ta’ Kristu Re f’Għawdex”

Dramm Kontemporanju fis-Seminarju ta’ Għawdex

Il-Gozo Creative Theatre Club qed jippreżenta d-dramm kontemporanju, “Il-Ħmar t’Alla”, b’kollaborazzjoni mas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù. B’din il-preżentazzjoni, is-Seminarju ta’ Għawdex se jġib fit-tmiem il-150 Anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Id-
dramm huwa mnebbah mill-ħajja tal-Curé d’Ars, Ġwann Maria Vianney, qaddis patrun tal-kappillani. Continue reading “Dramm Kontemporanju fis-Seminarju ta’ Għawdex”

Laqgħat ta’ Formazzjoni mill-Kummissjoni Djoċesana Familja f’Għawdex

Kif nipprevjeni d-dippressjoni?   Din hija t-tema ta’ laqgħa oħra li l-Kummissjoni Djoċesana Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex qed torganizza fis-sensiela ta’ laqgħat ta’ formazzjoni għal matul l-2017 – l-2018. Il-laqgħa ser issir il-Ġimgħa, 27 ta’ Ottubru fis-6.30 pm fl-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu. Il-kelliema se tkun il-Counselling Psychologist, Dr Marlene Cauchi.  Ara aktar dettalji  …
Continue reading “Laqgħat ta’ Formazzjoni mill-Kummissjoni Djoċesana Familja f’Għawdex”