Miżuri ta’ prevenzjoni għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa

L‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed tippubblika direttivi ġodda għall‑jiem ta’ qabel u waqt il‑Ġimgħa Mqaddsa ta’ din is‑sena. Dawn il‑miżuri ta’ prevenzjoni kontra l‑imxija tal‑Covid‑19 qed jiġu ppubblikati wara li bħal‑lum xahar il‑Knisja ħabbret li f’Malta u Għawdex mhux ser jiġu organizzati pellegrinaġġi u purċissjonijiet tar‑Randan, u wara li nhar il‑Ġimgħa li għadda ġew sospiżi l‑laqgħat tal‑gruppi li jsiru b’mod fiżiku.

aktar