Il-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech

Is-Sibt, 14 ta’ Ottubru 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra l-għeluq tal-inkjesta Djoċesana dwar il-Qaddej ta’ Alla, Patri Avertan Fenech, Karmelitan, nhar l-Erbgħa, l-1 ta’ Novembru 2017, Solennità tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Continue reading Il-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech

Simposju dwar il-Ġustifikazzjoni

Fil-31 t’Ottubru 2017, se jitfakkar il-500 anniversarju mill-bidu tar-Riforma Protestanta. Din ir-Riforma tat importanza kbira lit-tema Pawlina tal- “Ġustifikazzjoni bil-Fidi”. Sfortunatament, minkejja li għadda nofs Millenju, din ftit li xejn tqajjem entużjażmu fost ħafna minna l-Kattoliċi, u ftit huma dawk li jafu x’tgħallem il-Knisja Kattolika dwar dan it-tagħlim ċentrali, aktar u aktar x’ikkawża it-taqlib kbir li ġabet ir-Riforma mibdija minn Luteru. Continue reading Simposju dwar il-Ġustifikazzjoni