Jum il-Ħajja, fl-4 ta’ Frar 2018

It-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja li ser jitfakkar fl-4 ta’ Frar, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu ser isir it-Tberik tat-Tarbija fil-Ġuf tal-Omm.  Dan ser isir waqt quddiesa ċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex, Monsinjur Mario Grech u li ser tibda’ fil-11.15 ta’ filgħodu.  Kulħadd huwa mistieden speċjalment dawk li qed jistennew tarbija u l-familjari tagħhom.   Ara aktar dettalji …

Continue reading Jum il-Ħajja, fl-4 ta’ Frar 2018

Quddiesa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-koppji li ser jiżżewġu fl-2018

Il-Moviment ta’ Kana stieden lill-koppji għarajjes li ser jiżżewġu din is-sena u dawk li żżewġu s-sena l-oħra għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Il-Quddiesa għall-koppji li ser jiżżewġu din is-sena ser ssir nhar is-Sibt, 13 ta’ Jannar 2018, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fil-5:30 p.m. Din ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna li wara l-Quddiesa ser jiltaqa’ mal-koppji għarajjes. Continue reading Quddiesa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna għall-koppji li ser jiżżewġu fl-2018

X’inhu ‘dixxerniment’ u xi jfisser?

L-Erbgħa, 10 ta’ Jannar 2018: Il-Fraternità Sekulari Charles de Foucauld flimkien mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali qed jistiedenu lill-pubbliku għal żewġ laqgħat fejn flimkien se jiskopru xi tfisser il-kelma ‘dixxerniment’ u kif wieħed jista’ juża din l-għodda biex jasal li jagħmel għażliet u deciżjonijiet skont ir-rieda ta’ Alla – kemm fuq livell personali kif ukoll fi grupp – imdawwal mill-Vanġelu. Continue reading X’inhu ‘dixxerniment’ u xi jfisser?

Lezzjonijiet dwar It-Tagħlim Nisrani ta’ Santu Wistin

L-Istitut Agostinjan f’tal-Pjetà qiegħed joffri sensiela ta’ tmien lezzjonijiet dwar It-Tagħlim Nisrani (de doctrina christiana) ta’ Santu Wistin. It-trattat hu fost l-iktar siewja ta’ Santu Wistin wara l-Istqarrijiet u l-Il-Belt ta’ Alla.  Huwa wkoll u ta’ siwi kbir għall-għalliema tar-reliġijon, għall-kandidati għas-Saċerdozju, u għal kull min jixtieq jitgħallem jaqra l-Iskrittura Mqaddsa b’iktar profitt. Continue reading Lezzjonijiet dwar It-Tagħlim Nisrani ta’ Santu Wistin

Iż-żgħażagħ, ix-xorb u d-droga. X’tista’ tagħmel il-familja?

Il-Konferenza annwali organizzata mill-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex ser tinżamm f’ Villa Fiorita, limiti ta’ Marsalforn, nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar bejn il-5.00pm u t-8.00pm. Bħal fis-snin l-imgħoddija l-iskop ewlieni tal-konferenza hu dak li tipprovdi mument ta’ formazzjoni għall-familji dwar il-familja billi tagħti spunti ta’ kif wieħed jista’ jsaħħaħ il-familja tiegħu.
Continue reading Iż-żgħażagħ, ix-xorb u d-droga. X’tista’ tagħmel il-familja?