Irtir fil-Kampanja

Il-Ħamis, 21 ta’ Settembru 2017: RETREAT IN THE COUNTRYSIDE: Journeying with Peter.  Dan huwa l-isem ta’ Irtir li ser isir fid-Dar tal-Irtiri, Mount St Joseph fil-Mosta bejn il-Ġimgħa, 20 ta’ Ottubru (7:00pm)  u l-Ħadd, 30 ta’ Ottubru (3:30 pm).  L-Irtir ser jitmexxa minn Claire Camilleri, Frank Mifsud u Maria Therese Portelli.

Għal aktar dettalji ara l-poster hawn taħt … Continue reading Irtir fil-Kampanja

Kors bibliku dwar il-Profeti l-Kbar

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Settembru 2017:   Minn Ottubru li ġej, il-parroċċa ta’ Santa Elena, Birkirkara ser torganizza kors bibliku ta’ tmien laqgħat fiċ-Ċentru tal-istess parroċċa. Is-suġġett tal-kors huwa dwar il-Profeti l-Kbar u l-kelliemi f’dawn il-laqgħat se jkun il-Biblista, Dun Karm Attard.  Kulħadd huwa mistieden u kull min jattendi huwa mitlub iġib il-Bibbja miegħu. Continue reading Kors bibliku dwar il-Profeti l-Kbar

Ċelebrazzjoni tal-Morda u l-Anzjani fil-100 sena ta’ Fatima

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ottubru 2017:  Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru d-dehriet tal-Madonna f’Fatima, ser issir ċelebrazzjoni għall-Morda u l-Anzjani fil-Knisja Arċipretali tal-Isla li fiha ser ikun amministrat ukoll is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Dakinhar ser tinġieb mid-Dar tal-Kleru l-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima li kienet imbierka mill-Papa Piju XII fl-1948.  F’din l-okkażjoni dawk preżenti se jkunu jistgħu wkoll iżuru ix-xbieha mirakuluża tar-Redentur.  Għal aktar dettalji ara l-poster hawn taħt … Continue reading Ċelebrazzjoni tal-Morda u l-Anzjani fil-100 sena ta’ Fatima

Niltaqgħu ma’ Alla. 

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru 2017:  Jibda’ kors ta’ 7 laqgħat dwar it-tema li nsibu f’The Shack.  Imexxi Fr Karm Debattista.  Il-laqgħat isiru fiċ-Ċentru Franġiskan Konventwali u jibdew fis-7.15 ta’ filgħaxija.   Aktar l-isfel tista tara’ l-film, The Shack kif ukoll poster b’aktar dettalji dwar il-kors … Continue reading Niltaqgħu ma’ Alla. 

Pellegrinaġġ lejn is-Santwarju tal-Mellieħa

Is-Sibt 23 ta’ Settembru 2017, is-Santwarju Ta’ Pinu qed jorganizza pellegrinaġġ lejn is-Santwarju tal-Mellieħa fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Mellieħa. Tluq mill-Mġarr Għawdex mal-vapur tal-5.15 pm. Fis-Santwarju tal-Mellieħa tiġi ċċelebrata l-quddiesa fis-6.30pm. Ritorn lura lejn Għawdex mal-vapur tas-8.15pm. Il-biljetti għat-trasport f’Malta jinkisbu mill-parroċċi jew direttament mis-Santwarju Ta’ Pinu.

Ċentinarju tal-aħħar dehra tal-Madonna f’Fatima

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru 2017 se jkun imfakkar iċ-ċentinarju tal-aħħar dehra tal-Madonna ta’ Fatima.  Dakinhar isir pellegrinaġġ mill-Parroċċa tal-Kunċizzjoni, Ħamrun, li jibda fis-6.00 pm u jintemm fis-Santwarju Parroċċa ta’ Fatima, Gwardamanġa. Hemm tkun ċelebrata quddiesa u fl-aħħar tislima lill-Madonna.  Il-pellegrinaġġ u l-quddiesa konċelebrata jiġu mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna. 

Fil-jiem li ġejjin ikunu publikati aktar dettalji dwar din iċ-ċelebrazzjoni u dwar ċelebrazzjonijiet oħra li se jfakkru d-dehriet tal-Madonna f’Fatima li seħħew bejn Mejju u Ottubru 1917.