Lectio Divina fuq il-Passjoni skont San Mark

Matul l-ewwel tlett  ijiem tal-gimgħa d-dieħla, mit-Tnejn 26 ta’ Marzu sal-Erbgħa 28 ta’ Marzu, Dun Anton Teuma ser ikun qed imexxi Lectio Divina fuq il-passjoni skont San Mark.  Dawn il-laqgħat huma okkażjoni sabiħa biex nippreparaw għall-jiem imqaddsa tal-Għid.  Jistgħu jkunu ta’ għajnuna wkoll għal min ma kellux il-possibilità li jattendi ghall-eżerċizzi fil-parroċċa.  Il-laqgħat jibdew fit-8pm fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja, Victoria, Għawdex. Ara aktar dettalji  … Continue reading Lectio Divina fuq il-Passjoni skont San Mark

Sentejn mill-mewt tal-Arċisqof Ġużeppi Mercieca

file-photo-mgr-guzeppi-mercieca.pngFl-okkażjoni tat-tieni anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Marzu 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Mons. Mercieca. Din ser issir fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun, il-parroċċa fejn miet, fis-6.30pm. L-Insara huma mistiedna jattendu għal din il-Quddiesa u jkomplu jitolbu għal Mons. Ġużeppi Mercieca li miet fil-21 ta’ Marzu 2016, fl-età ta’ 87 sena.

Mument ta’ Spiritwalità mal-Fraternità Sekulari ta’ Charles de Foucauld (Għawdex)

Il-Fraternità Sekulari ta’ Charles de Foucauld (Għawdex) se żżomm mument ta’ spiritwalità għar-Randan nhar il-Ħamis 15 ta’ Marzu fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla, Victoria. Tibda fis-7.30pm. Kelliem ewlieni: Mons Lawrenz Sciberras, Biblista. Lajċi impenjati u oħrajn fil-periferija tal-Knisja huma mistiedna jattendu.
Għal iktar informazzjoni: 21553610 jew 79968020.