Il-Ġimgħa, 13 ta’ Ottubru 2017 se jkun imfakkar iċ-ċentinarju tal-aħħar dehra tal-Madonna ta’ Fatima. Dakinhar isir pellegrinaġġ mill-Parroċċa tal-Kunċizzjoni, Ħamrun, li jibda fis-6.00 pm u jintemm fis-Santwarju Parroċċa ta’ Fatima, Gwardamanġa. Hemm tkun ċelebrata quddiesa u fl-aħħar tislima lill-Madonna. Il-pellegrinaġġ u l-quddiesa konċelebrata jiġu mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Fil-jiem li ġejjin ikunu publikati aktar dettalji dwar din iċ-ċelebrazzjoni u dwar ċelebrazzjonijiet oħra li se jfakkru d-dehriet tal-Madonna f’Fatima li seħħew bejn Mejju u Ottubru 1917.