03 – Kif Nista’ Naħfer Lill-Ġenituri?

Kulħadd jiżbalja. Żball mill-ikbar huwa ta’ dawk li jabbużaw lill-uliedhom minflok ma jrawmu fihom l-imħabba kif it-tfal kollha jistħoqqilhom.

Darba kont naf mara li minħabba abbuż bħal dan fi tfulitha, kellha leħen ġewwieni, dejjem għaddej, li jgħidilha “inti ħela’ ta’ laħam u għadam.” Continue reading “03 – Kif Nista’ Naħfer Lill-Ġenituri?”

02 – Kif Nista’ Naħfer Lili Nnifsi?

Meta tħoss rabja lejk innifsek u sens ta’ ħtija, forsi qalbek tkun qed tagħmel qoxra madwarek sabiex ma terġax tweġġa’ lilek innifsek b’xi għemil bħal dak tal-imgħoddi. Drajna nikkundannaw wisq!

Iżda b’qoxra madwari ma nistax ngħix sew, u lanqas ma nista’ nirrelata sew ma’ ta’ madwari jew ma’ nies ġodda. Continue reading “02 – Kif Nista’ Naħfer Lili Nnifsi?”

01– It-Tifel Ġewwieni Tiegħi …

Sensiela ta’ Artikli bit-tema: Inħeles Minn Ġewwa. Għodda biex tgħin lilek innifsek
meta jkaxkruk sentimenti tqal. Publikazzjoni ta’ Servizz għall-Ħelsien Emozzjonali
Fondazzjoni St Jeanne Antide.

01 – It-Tifel Ġewwieni Tiegħi, Xi Jrid Jismagħni Ngħidlu?

Insellimlek! Tiftakar meta kont tfal? Taħseb li dik it-tifla jew tifel, li inti kont, issa sparixxiet, għax kbirt? Le, hemm għadha, u hekk għandu jkun. Continue reading “01– It-Tifel Ġewwieni Tiegħi …”

18 – Inpattihielu!

Xi għorrief u nies spiritwali indunaw li meta aħna jkollna bżonn nitgħallmu xi ħaġa, ningħataw id-diffikultajiet li għandna bżonn.

Huma ndunaw li l-kuntlarjetà hija l-għalliema tajba tagħna. Tajjeb għalhekk li nindunaw xi tkun qed tipprova tgħallimna, din l-għalliema, meta l-affarijiet ma jiġux kif irriduhom, jew meta xi ħadd jagħmlilna azzjoni ħażina, u nħossu ġibda jew leblieba biex inpattuhielu. Continue reading “18 – Inpattihielu!”