Mietet biex issalva lil binha.

Ftit qabel tibda is-Sena tal-Fidi:

Omm żagħżugħa tmut biex tkun xhieda ta’ Fidi, Tama u Mħabba

Ruma 16 ta’ Ġunju 2012: Mijiet ta’ Taljani nġabru llum fil-Knisja ta’ Santa Francisa Romana ġewwa Ruma biex jieħdu sehem fil-quddiesa funebri ta’ Chiara Corbella, mara żagħżugħa kattolika li mietet biex issalva l-ħajja ta’ binha li kien għadu ma twelidx. Continue reading Mietet biex issalva lil binha.

Servizz Ekumeniku ta’ Għid il-Ħamsin

 
Fl-okkażjoni ta’ Għid il-Ħamsin ser isir Servizz Ekumeniku organizzat mill-Kunsill Ekumeniku ta’ Malta flimkien mal-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana.
 
Tema:- “Aħna lkoll wieħed fl-Ispirtu”
 
Data:- Il-Ħamis, 31 ta’ Mejju 2012
 
Ħin:- Fis-6.30 pm.
 
Post:- Fil-knisja ta’ Sant Ursula, Triq Sant Ursulo, Valletta.
 
Jippriedka:- Fr Mark Sultana.

Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu

 
KTIEB LI KULL FAMILJA GĦANDU JKOLLHA –
għodda imprezzabbli għall-qraba ta’ persuni b’mard mentali
 

Żewġ għaqdiet volontarji ħadmu id f’id biex ipproduċew ktieb li se jkun imprezzabbli għall-qraba ta’ min isofri minn mard mentali. Imsejjaħ Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu – vjaġġi ta’ tama mterrqa minn qraba ta’ persuni b’mard mentali, il-ktieb hu sforz kollaborattiv tal-Assoċjazzjoni għas-Saħħa Mentali u tas-St Jeanne Antide Foundation. Din il-pubblikazzjoni hija attività għal din is-sena Ewropea tal-Volontarjat u ħadu sehem fiha 30 voluntier.

Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu joffri tama lil familjari li jħossuhom mtaqqla bir-responsabbiltà kbira tal-kura ta’ membru tal-familja b’mard mentali. Erbatax mid-dsatax-il kapitlu huma miktuba minn familjari b’esperjenza twila ta’ kura ta’ membru tal-familja b’mard mentali. Dawn il-kittieba mġarrba ddeċidew li jgħinu qraba bħalhom billi jaqsmu l-esperjenza tagħhom mal-pubbliku Malti fejn għad hawn biża’ u ħemda dwar il-mard mentali. Continue reading Il-Kwiekeb fid-Dlam Jixegħlu

Pentekoste fil-Mellieħa

L-Assoċjazzjoni Volontiera ta’ Lourdes (AVL), f’dan ix-xahar iddedikat lil Ommna Marija, qed torganizza katina ta’ Rużarju li se ttella’ fis-Santwarju tal-Madonna fil-Mellieħa.

Din il-katina bit-tema “Ngħidu r-Rużarju Flimkien” se ssir bejn is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Mejju, jum Pentekoste, mit-tmienja ta’ filgħaxija sat-tmienja ta’ filgħodu. Nibdew is-Sibt b’quddiesa fil-Knisja Parrokkjali fis-6.30pm u wara Purċissjoni Aux Flambeaux sas-Santwarju fejn mistenni li jibda r-rużarju meditat għall-ħabta tat-8.00pm.

L-Assoċjazzjoni tixtieq tistieden lill-membri tal-parroċċa, kummissjonijiet, fratellanzi u għaqdiet oħra sabiex jitħajru jieħdu sehem f’xi ħin jew ieħor.

Min jixtieq jissieħeb f’dil-katina ta’ rużarju ġentilment mitlub jibgħat email lil cinilouise@gmail.com  jew sandrogalea@gmail.com. mill-aktar fis possibbli.

Flimkien għall-Ewropa 2012

“Flimkien għall-Ewropa” – 12 ta’ Mejju 2012

L-impenn ta’ 300 Moviment u Komunità minn Knejjes insara differenti fi Brussell u f’aktar minn 130 belt fil-kontinent. Akkoljenza u Integrazzjoni, Paċi, Ekonomija, Ambjent, Familja huma xi wħud mis-suġġetti li ser ikunu affrontati.

Fit-12 ta’ Mejju 2012 il-belt ta’ Brussells ser issir iċ-ċentru ta’ poplu li jrid juri d-dinamiżmu ta’ dik l-imħabba tal-aħwa li ġa teżisti fil-kontinent. Din it-tielet edizzjoni internazzjonali ta’ Flimkien għall-Ewropa qed tiġi definita bħal biċċa mużajk magħmula minn nies ta’ kull età, ġejjin minn 300 moviment u għaqdiet insara differenti li ser jinġabru fl-istess ħin fi Brussells u f’aktar minn 130 belt oħra fl-Ewropa. Malta ser tipparteċipa kemm b’delegazzjoni li ser titla’ Brussell kif ukoll b’avveniment lokali: Run4Unity. L-Eċċellenza Tiegħu il–President ta’ Malta, Dr. George Abela ser jagħmel il-ftuħ uffiċċjali tar-Run4Unity. Continue reading Flimkien għall-Ewropa 2012

The Monastery

The Monastery – Film tal-BBC

Regolarment nilmentaw għaliex għandna ħafna x’nagħmlu, li ma nafux mnejn se nibdew u fejn se nispiċċaw, nixtiequ li l–ġurnata fiha aktar minn erbgħa u għoxrin siegħa. Donnu li aktar ma t-teknoliġija moderna tipprovdilna għajnuniet biex iħaffulna x-xogħol, aktar insibu x’nagħmlu. U meta kultant jirnexxilna nieħdu vaġanza, mhux biss naslu lura aktar għajjiena, imma aktarx insibu li x-xogħol li ħallejna warajna jkollna npattu għalih wara.

Quddiem dan il-paradoss tal-ħajja moderna, ħames persuni jkunu mistiedna jgħixu erbgħin jum f’Monasteru Benedittin fejn huma jkunu mitluba jħarsu r-regola monastika ta’ silenzju, ubbidjenza u umiltà.  Continue reading The Monastery

Id-Djakni Permanenti – Se nibdew il-proċess.

L-Arċisqof Pawlu Cremona dwar id-Djakni Permanenti

“Minn din is-sena se nibdew proċess. Hemm grupp li għandhom ċertu esperjenza, u dawn jibdew jagħmlu din ir-riflessjoni, jagħtuni rapport huma, imbagħad fuq hekk nara ftit minn dak ir-rapport dak li naħseb li hu tajjeb u dak li naħseb li mhux tajjeb.”

Din id-dikjarazzjoni dwar it-twaqqif tad-Djakonat Permanenti f’Malta, għamilha Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona waqt intervista li kellu fuq l-istazzjon RTK.

Continue reading Id-Djakni Permanenti – Se nibdew il-proċess.