L-Insara huma msejħin biex jieħdu ħsieb il-ħolqien t’Alla

It-Tnejn, 9 ta’ Frar 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

L-Insara huma msejħin biex jieħdu ħsieb il-ħolqien t’Alla. Dan kien il-messaġġ li ta l-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta. Franġisku tkellem ukoll dwar it-tieni ħolqien: dak li wettaq Kristu meta ħalaq mill-ġdid dak kollu li kien iġġarraf minħabba d-dnub.

Continue reading “L-Insara huma msejħin biex jieħdu ħsieb il-ħolqien t’Alla”

Jeħtieġ li l-Knisja tħabbar il-Vanġelu fil-faqar

Il-Ħamis, 5 ta’ Frar 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Jeħtieġ li l-Knisja tħabbar il-Vanġelu ‘fil-faqar’ u min iħabbar għandu jkollu għan wieħed: dak li jtaffi l-miżerja tal-aktar foqra mingħajr ma jinsa li dan is-servizz hu opra tal-Ispirtu s-Santu u mhux tal-ħiliet umani.

Continue reading “Jeħtieġ li l-Knisja tħabbar il-Vanġelu fil-faqar”

Meta nikkontemplaw il-Vanġelu kuljum, insibu fih l-għajnuna biex ikollna t-tama vera

It-Tlieta 3 ta’ Frar 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta

Meta nikkontemplaw il-Vanġelu kuljum, insibu fih l-għajnuna biex ikollna t-tama vera. Dalgħodu, fl-omelija tiegħu fid-Dar Santa Marta, il-Papa ħeġġeġ mill-ġdid lill-fidili biex jaqbdu l-Vanġelu f’idejhom, anke għal għaxar minuti kuljum, ħalli jkunu jistgħu jiddjalogaw mal-Mulej minflok jaħlu l-ħin jaraw it-telenovelli jew jisimgħu s-seksik tal-ġirien.

Continue reading “Meta nikkontemplaw il-Vanġelu kuljum, insibu fih l-għajnuna biex ikollna t-tama vera”