Il-martri jgħinuna biex il-fidi ma nittrasformawhiex f’poter

It-Tnejn 20 ta’ April 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

It-testimonjanza tal-martri tgħinna biex ma naqgħux fit-tentazzjoni li l-fidi nittrasformawha f’poter. Din kienet stqarrija oħra qawwija mill-Papa Franġisku waqt l-omelija ta’ dalgħodu fid-Dar Santa Marta.

Continue reading Il-martri jgħinuna biex il-fidi ma nittrasformawhiex f’poter

Il-Knisja m’għandhiex taħżen il-ġid imma għandha tamministrah b’ġenerożità

It-Tlieta 14 ta’ April 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Komunità mwielda mill-ġdid mill-Ispirtu s-Santu tfittex l-armonija u tieħu paċenzja bit-tbatija. Dalgħodu, waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta, il-Papa Franġisku għamel din l-affermazzjoni filwaqt li wissa lill-Insara li m’għandhomx jaħżnu r-rikkezzi imma jqegħduhom għas-servizz ta’ min hu fil-bżonn kif kienet tagħmel il-komunità mmexxija mill-Appostli. Continue reading Il-Knisja m’għandhiex taħżen il-ġid imma għandha tamministrah b’ġenerożità

“Il-Knisja għandha jkollha l-kuraġġ li titkellem bis-sinċerità”

It-Tnejn 13 ta’ April 2015. Omelija tal-Papa Franġisku fid-Dar Santa Marta.

Il-mixja tal-Knisja hi dik tas-sinċerità, li tgħid l-affarijiet kif inhuma bil-libertà, afferma l-Papa Franġisku dalgħodu waqt l-omelija tal-quddiesa fid-Dar Santa Marta.  Kif indunaw l-Appostli wara l-qawmien ta’ Kristu, l-Ispirtu s-Santu biss jista’ jibdel l-atteġġjament tagħna, l-istorja ta’ ħajjitna, u jnissel fina l-kuraġġ.

Continue reading “Il-Knisja għandha jkollha l-kuraġġ li titkellem bis-sinċerità”