Archive

Archive for the ‘Joe Farrugia’ Category

Il-qalb ta’ dan il-poplu twebbset

July 16, 2017 Leave a comment

Il-Ħadd, 16 Lulju 2017: “Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux, u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx.” Dalgħodu waqt il-quddiesa laqtitni dis-silta. Min jaf kemm drabi smajtha! Imma llum bħal donnu kienet qed tingħad lili għall-ewwel darba. Fiha Kristu kien qed jikkwota lill-Profeta Isaija (6:10) imma minkejja li għaddew dawn is-sekli kollha, il-bniedem bħal donnu għadu l-istess; iħares u ma jarax, jisma’ u ma jifhimx.
Read more…

Categories: Joe Farrugia, Ġenerali

Meta d-demokrazija ssir farsa

July 9, 2017 Leave a comment

Fl-għerq ta’ kull demokrazija vera hemm il-garanzija ta’ għażla ħielsa u vot ħieles u l-eżerċitu ta’ din l-għażla mhux biss huwa dritt ta’ kull ċittadin, imma fuq kollox obbligu gravi li jġorr miegħu responsabiltà tremenda.  Huwa l-obligu tagħna lejn dawk ta’ qabilna li ssieltu u uħud saħansitra ċarċru demmhom għal dan id-dritt.  Huwa obligu lejn iċ-ċittadini l-oħra ta’ żmienna li jitkexkxu meta jaraw it-tragedji umani li jseħħu kuljum f’reġimi totalitarji.  Huwa obligu daqstant ieħor gravi lejn uliedna, ulied uliedna u dawk kollha li għad iridu jiġu warajna – dejjem jekk bl-użanzi tagħna kontra l-ħajja ma nkunux aħna stess li nikkundannawhom li ma jeżistux. Read more…

Categories: Joe Farrugia, Ġenerali