Biex il-Knisja tikber

3. Katekeżi dwar il-Konfirmazzjoni mill-Papa Franġisku. 6 ta’ Ġunju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bir-riflessjoni tagħna fuq is-sagrament tal-Konfirmazzjoni, u llum nagħtu ħarsa lejn l-effetti li d-don tal-Ispirtu s-Santu jwettaq f’dawk li jirċevuh, sa ma jwassalhom biex isiru, huma wkoll, don għall-oħrajn. Hu don tal-Ispirtu s-Santu. Niftakru li meta l-Isqof jagħtina d-dilka biż-żejt, jgħidilna: “Ħu s-siġill tad-don tal-Ispirtu s-Santu”. Dak id-don tal-Ispirtu s-Santu jidħol fina u jagħmel il-frott, biex imbagħad aħna nistgħu nagħtuh lill-oħrajn.

Continue reading Biex il-Knisja tikber

Is-siġill tal-Ispirtu

2. Katekeżi dwar il-Konfirmazzjoni mill-Papa Franġisku. 30 ta’ Mejju 2018.

Għeżież ħuti,

Inkompli nitkellem fuq il-Konfirmazzjoni jew Griżma, u llum nixtieq nixħet dawl fuq “l-għaqda sħiħa ta’ dan is-Sagrament mal-bidu tal-ħajja Nisranija” (Sacrosanctum Concilium, 71). Continue reading Is-siġill tal-Ispirtu

Ix-Xhieda Nisranija

1. Katekeżi dwar il-Konfirmazzjoni mill-Papa Franġisku. 23 ta’ Mejju 2018.

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara l-katekeżi fuq il-Magħmudija, dawn il-jiem ta’ wara s-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin jistednuna nirriflettu fuq ix-xhieda li l-Ispirtu jqanqal fl-imgħammdin, u hekk iċaqlaq lil ħajjithom, jiftaħha għall-ġid tal-oħrajn. Lid-dixxipli tiegħu Ġesù fdalhom missjoni kbira: “Intom il-melħ tal-art, intom id-dawl tad-dinja” (ara Mt 5:13-16).

Continue reading Ix-Xhieda Nisranija