Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016. Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex.

Aħna, I-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, flimkien ma’ tant nies f’pajjiżna li jemmnu fil-valur u d-dinjità tal-ħajja lilhinn mit-twemmin li jħaddnu, irridu nesprimu t-tħassib tagħna għall-Protest Ġudizzjali li tressaq fil-Qrati tagħna mill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tal-Mara, biex f’pajjiżna tiġi legalizzata il-pillola morning-after.

Continue reading Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Appell Ġabra għall Knisja fl Ukrajna

Il-Ġimgħa 15 ta’ April 2016: Appell Ġabra għall Knisja fl Ukrajna

Hija drawwa antika fil Knisja li l Insara jwieżnu Nsara oħra li jkunu għaddejjin minn mumenti iebsin. Fil fatt, l Appostlu Missierna San Pawl jgħid li l Insara tal Maċedonja u l Akaja għoġobhom jaqsmu ġidhom mal fqar fil Knisja f’Ġerusalemm (ara Rum 15:26).

Continue reading Appell Ġabra għall Knisja fl Ukrajna

Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Is-Sibt 9 ta’ April 2016. MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET TA’ MALTA U GĦAWDEX (35/2016)

Ningħaqdu mal-E.T. il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca, fit-tħassib tagħha għas-sitwazzjoni ta’ bħalissa f’pajjiżna. Għaldaqstant nagħtu l-appoġġ tagħna għall-messaġġ li hija wasslet nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, f’wieħed mill-ġurnali ta’ pajjiżna.

Continue reading Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej

Il‑Ħadd 27 ta’ Marzu 2016: L-Arċisqof Charles J. Scicluna iċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej, fil‑Kon‑Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Matul din il‑Quddiesa Monsinjur Arċisqof ta s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lil żewġ adulti. Fi tmiem il‑Quddiesa, l‑Arċisqof ta l‑Barka Appostolika bl‑Indulġenza Plenarja.

Continue reading L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa Stazzjonali tal‑Għid il‑Kbir tal‑Mulej

Kristu Mediċina għall-mard tagħna

Il-Ħadd 14 ta’ Frar 2016. Ittra Pastorali għar-Randan 2016
KRISTU MEDIĊINA GĦALL-MARD TAGĦNA

Min minna ma jafx x’inhu l-mard? Kulħadd suġġett għall-mard, imma mhux kulħadd jiffaċċja l-mard bl-istess mod: issib min jaċċettah, imma hemm min jitgħawweġ u jitkisser taħt il-piż kiefer tiegħu; anzi, ħafna drabi, mal-marid ibatu tal-familja u ta’ madwaru.

Continue reading Kristu Mediċina għall-mard tagħna