L-Isqof Mario Grech fil-Festa ta’ San Franġisk de Sales

Il-Ħamis, 24 ta’ Jannar 2019: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fil-Festa ta’ San Franġisk de Sales, Patrun tal-ġurnalisti f’Quddiesa għall-Kittieba u l-Ġurnalisti Għawdxin, fil-Knisja tas-Sultana tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, Victoria. Continue reading “L-Isqof Mario Grech fil-Festa ta’ San Franġisk de Sales”

Ittra lill-Poplu ta’ Alla tal-E.T. Mons. Mario Grech

Il-Ġimgħa, 18 ta’ Jannar 2019: Pellegrinaġġ Djoċesan bil-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu.

Għeżież ħuti,
Fil-jiem li għaddew għexna mumenti sbieħ ħafna meta l-Kwadru tal-Madonna Ta’ Pinu wasal f’xi wħud mill-parroċċi tagħna u rajna żgħar u kbar jifirħu madwar Ommna Marija. Għalkemm it-temp xitwi u kienu ġranet ferjali, il-poplu ma beżax jilqa’ lil Marija għandu. Continue reading “Ittra lill-Poplu ta’ Alla tal-E.T. Mons. Mario Grech”