L-Isqof Mario Grech fil-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin

Is-Sibt, 30 ta’ Mejju 2020: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, waqt il-Quddiesa Solenni tal-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin, fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb, il-Belt Victoria. Continue reading L-Isqof Mario Grech fil-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin

Fedelta’ kreattiva fis-saċerdot

It-Tnejn, 25 ta’ Mejju 2020: Omelija tal-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex fl-okkażjoni tal-Istqarrija tal-Fidi u l-Ġurament tal-Fedeltà tad-Djaknu Mario Mercieca u s-Seminarista Andrew Grima, fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Continue reading Fedelta’ kreattiva fis-saċerdot

L-Isqof Mario Grech fil-Festa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Munxar

Il-Ħadd, 24 ta’ Mejju 2020: Omelija tal-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech fil-Festa ta’ San Pawl Nawfragu, fil-Knisja parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Munxar …

Continue reading L-Isqof Mario Grech fil-Festa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Munxar

Il-Pastorali wara l-Pandemija

L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2020: Messaġġ lill-Kappillani tal-E.T. Mons. Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex …

IL-PASTORALI WARA L-PANDEMIJA

Il-knejjes vojta jagħmlulek għafsa ta’ qalb! Imma x’inhu tassew vojt: il-knejjes jew aħna?

Smajt diversi presbiteri jilmentaw li jħossuhom diżorjentati għaliex iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ġew sospiżi. Bħal donnu minħabba l-fatt li ma nistgħux inqaddsu għan-nies u lanqas namministraw is-sagramenti, is-saċerdozju ministerjali tagħna sar bla tifsira u inutli. Ħabta u sabta l-pastorali tagħna spiċċat. Huwa fatt li anki xi lajċi ħassewhom mitlufin għax ma setgħux jieħdu sehem fil-quddiesa – il-fatt li sabu ruħhom impediti milli jiġu l-knisja għall-quddiesa kkundizzjona r-relazzjoni tagħhom ma’ Alla. Konsegwenza ta’ dan għamlu pressjoni fuqna biex inħaffu nerġgħu għar-ritwali tas-soltu. Continue reading Il-Pastorali wara l-Pandemija