Lectio Divina: 16  Ħadd Matul Sena A

Vanġelu:  “Ġesu qal lin-nies….” Dawn huma n-nies fuq ix-xatt li għadhom m’għamlux il-pass għal fuq id-dgħajsa ta’ Pietru. Mela għandhom bżonn parabbola oħra. Ġesu, psikologu per eċċellenza, juża dan il-mezz, għax parabbola tintrigak biex issaqsi u tfittex it-tifsir u l-messaġġ warajha. Mhux lezzjoni diretta u ma tifhimhiex mill-ewwel.  Tqajjimlek il-kurżita, iġġiegħlek tirrifletti u tibda tippenetra l-moħħ bil-mod il-mod. B’hekk l-effett tagħha idum aktar. Continue reading Lectio Divina: 16  Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina: 15  Ħadd Matul Sena A

Vanġelu:  Illum nibdew Kap. 13 ta’ Mattew fejn Ġesu jibda jkellimna fuq is-Saltna tas-smewwiet permezz tal-parabboli.  Mattew iqiegħed lil Ġesu bil-qiegħda f’xatt il-baħar. Dan kien propjament għadira (lake) imma Mattew irid ifakkarna fil-baħar tal-qasab (l-aħmar), li, meta l-Lhud ħelsu mill-jasar, qasmuh bla xkiel, u bdew l-Esodu tagħhom lejn l-Art Imwiegħda.  Ġesu qed jipproponi esodu ieħor ta’ nies li qed jgħixu mhux b’mod kompletament uman, lejn l-art li se jibda jsejħilha s-Saltna tas-Smewwiet.  Continue reading Lectio Divina: 15  Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina: 13  Ħadd Matul Sena A

Vanġelu:  Biex nifhmu sew x’qed jitlob minna Alla, irridu nżommu quddiem għajnejna l-immaġini li Hu xtaq jittrasmetti Tiegħu nnifsu: l-Għarus tal-Poplu Lhudi (l-għarusa). Din hi mħabba bla limiti u bla kundizzjoni.  Alla Hu l-uniku wieħed fost l-allat l-oħra li juri ruħu bħala għarus li jgħir.  Ma jaċċettax il-preżenza ta’ allat oħra: “Ma jkollokx alla ieħor għajri, għax jien Alla li ngħir” (Dewt.5). Continue reading Lectio Divina: 13  Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina: 12 Ħadd  matul is-sena A

Vanġelu:  “Alla qal lill-poplu Tiegħu: ‘Illum se npoġġi quddiemkom it-triq tal-barka u t-triq tas-saħta.  Agħżlu t-triq li twassal għall-ħajja.’”  (Dewt. 30).  Fil-Ktieb tad-Didake nsibu: “Tnejn huma t-triqat: waħda tal-ħajja u l-oħra tal-mewt. Id-differenza bejniethom hija kbira.” Ġesu rrepeta din l-idea meta tkellem fuq il-bieb id-dejjaq u l-bieb il-wiesgħa.  Kulħadd irid ikun ferħan, imma mhux kulħadd jagħżel il-ħajja u l-barka, għax mingħalihom dawn jinkisbu mod ieħor.  Continue reading Lectio Divina: 12 Ħadd  matul is-sena A

Lectio Divina: 8 Ħadd matul is-Sena A

VANĠELU:  Min qed jaħdem, jew min hu sinjur, ma tantx iħabbel rasu x’se jiekol u jilbes għada.  Imma min m’għandux għaxja ta’ lejla?  Ġesu qed jgħidilna ngħalqu għajnejna quddiem il-faqar li hawn fid-dinja? Żgur li le.  L-anqas qed jgħidilna biex nitolbu l-Missier biex isolvilna dil-problema f’ħakka t’għajn.  Continue reading Lectio Divina: 8 Ħadd matul is-Sena A