Lectio Divina tat-2 Ħadd matul is-Sena “Ċ”

Vanġelu (Gw 2, 1-11): Ġwanni jagħti ċerta mportanza għall-fatt tal-lum, u jsejjaħlu l-ewwel sinjal (miraklu) li għamel Ġesu, fejn “wera s-sebħ tiegħu u d-dixxipli emmnu fih.” Hawn min isaqsi li, jekk il-mistednin kienu ġa xorbu tant li spiċċa l-inbid kollu, kien hemm għalfejn Ġesu jipprovdi 600 litru ieħor ta’ nbid? U kien hemm bżonn miraklu? Setgħu jagħmlu ġabra u jmorru jixtru ftit ieħor, u Ġesu kien iħalli l-mirakli għal xi ħaġa aktar importanti (e.g. qawmien ta’ Lazzru). U Ġesu kif sejjaħ lil ommu “mara” u mhux “Ma”? It-tweġiba għal dawn id-domandi hi din: Biex nifhmu dar-rakkont ma nistgħux inħarsu lejh bħala fatt sempliċi ta’ kronaka, imma bħala “sinjal” miktub b’lingwaġġ u immaġini Bibliċi li rridu ninterpretaw sew fil-fond biex nifhmu l-messaġġ ta’ din is-silta. Continue reading “Lectio Divina tat-2 Ħadd matul is-Sena “Ċ””

Lectio Divina. Il-Magħmudija ta’ Ġesu. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 3, 15-16.21-22): Il-ġimgħa l-oħra rajna li Epifanija tfisser manifestazzjoni. L-ewwel Insara kienu jiċċelebraw tlitt darbiet ta’ meta Ġesu wera ruħu: (a) Meta żaruh il-Maġi juri kif il-pagani wkoll laqgħu ‘l Alla wara li rriflettew li jekk il-ħolqien hu tant sabiħ, mela kemm kien isbaħ u tajjeb min ħalqu; (b) Fit-tieġ ta’ Kana Ġesu wera kemm Alla jħobb lill-umanita’, kif l-għarus iħobb lill-għarusa, l-aktar dak in-nhar tat-tieġ. Din l-imħabba ġġib ferħ ta’ min jiċċelebrah bil-kbir; (ċ)  Fil-Magħmudija tiegħu,  Ġesu wera ruħu aktar fil-beraħ. Għall-ewwel Insara din kienet aktar Epifanija mill-ewwel waħda. Illum mistednin biex insiru nafu lil Ġesu aktar intimament, biex b’hekk inħobbuh aktar. Continue reading “Lectio Divina. Il-Magħmudija ta’ Ġesu. Sena “Ċ””

L-Epifanija tal-Mulej

Vanġelu (Mt 2. 1-12): Il-kelma “Epifanija” tfisser manifestazzjoni ta’ xi ħadd fl-għoli, e.g. tal-Preżenza Divina.   Meta l-allat Griegi kienu jinżlu qalb il-bnedmin u jrebbħuhom xi gwerra, kienu jgħidu li seħħet epifanija tal-allat.  L-Insara tal-Lvant aktar kienu jiċċelebraw il-magħmudija ta’ Ġesu milli t-twelid, għax hemm Ġesu aktar wera ruħu fil-beraħ.  F’epifanija suppost ikun hemm dehra straordinarja. Ma kien hemm xejn minn dan f’tarbija mgeżwra fi ftit faxex ġo maxtura.  Imma din kienet tassew Epifanija għax b’dan il-mod Ġesu ried juri l-imħabba t’Alla. Continue reading “L-Epifanija tal-Mulej”

Lectio Divina. Festa tal-Familja Mqaddsa. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 2, 41-52): Kif  jista’ jkun li Marija u Ġużeppi telqu minn Ġerusalem mingħajr Ġesu? Kienu jgħidu li kien hemm żewġ karovani, waħda għall-irġiel biss, u l-oħra għan-nisa. Ġużeppi ħaseb li Ġesu kien ma’ Marija, u viċi-versa.  Din hi ħrafa, għax kien ikun hemm karovana waħda. U Ġesu kif baqa’ tlitt ijiem waħdu bla ma avża ‘l ġenituri? Ma ssoponiex kemm se jinkwetaw? U għaliex tlitt ijiem? Biżżejjed kont tmur is-suq dak iż-żmien, u tmexxi l-kelma li tlift it-tifel, u kont issibu f’siegħa. It-tweġiba għal dan kollu hi li dis-silta mhijiex fatt ta’ kronaka imma hija paġna tejoloġika miżgħuda b’immaġini bibliċi. Continue reading “Lectio Divina. Festa tal-Familja Mqaddsa. Sena “Ċ””

Lectio Divina tar-4 Ħadd tal-Avvent. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 1, 39-45): Fis-silta tal-lum se naraw kif Eliżabetta qalgħet il-grazzja tal-maternita’ wara ħafna snin bla tfal. Marija ħasbet fiha u qabdet it-triq biex tmur iżżura u tgħinha f’dak li tiħtieġ.  Meta nqsiu li Marija kellha biss xi 14-il sena, aktarx li Eliżabetta kienet xi zija jew buszija, u mhux kuġina. In fatti il-kelma użata bil-Grieg tfisser ‘qariba’. Hawn min isaqsi: “X’setgħet tagħmel Marija waqt it-twelid ta’ Ġwanni? Żgur li għand Żakkarija kien hemm nisa oħra ta’ esperjenza għal dan l-iskop. U Marija kif  għamlet  dak il-vjaġġ perikoluż? Żgur ma marritx waħedha. Forsi mar Ġużeppi magħha, kif naraw f’xi pitturi? Għalina biżżejjed inqisu l-lingwaġġ ta’ Luqa biex nisiltu l-messaġġ tal-lum. Continue reading “Lectio Divina tar-4 Ħadd tal-Avvent. Sena “Ċ””

Lectio Divina tat-3 Ħadd tal-Avvent. Sena “Ċ”

Vanġelu (Lq 3, 10-18): Il-ġimgħa l-oħra smajna ‘l Ġwanni jħeġġiġna biex nikkonvertu, i.e. mhux nagħmlu xi bidla kożmetika, iżda nbiddlu kompletament il-mod kif naħsbuha, u nerġgħu npoġġu l-valuri fl-iskala kif jixtieqha Alla: l-essenzjali fl-ewwel postijiet, u l-oħrajn wara. Ġwanni mbagħad kompla jgħid (3, 8): “Mela uru l-frott li jixraq lill-indiema,” i.e. wara li nkunu ħadna deċiżjoni li ninbidlu, rridu nsegwu l-konsegwenzi ta’ dil-konverżjoni.  Illum Ġwanni se jgħallimna x’għandhom ikunu dawn il-konsegwenzi biex inkunu ċerti li l-konverżjoni tagħna tkun vera u awtentika. Continue reading “Lectio Divina tat-3 Ħadd tal-Avvent. Sena “Ċ””

Lectio Divina. It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Sena “C”

Vanġelu (Lq 3, 1-6): Luqa jintroduċi ‘l Ġwanni l-Battista billi jindika ż-żmien preċiż meta beda l-missjoni tiegħu. Dan biex juri l-importanza ta’ dan il-persunaġġ. Tiberju laħaq imperatur fis-sena 14 AD. Qegħdin fil-ħmistax-il sena tar-renju tiegħu, i.e. Ġwanni beda jippriedka fid-deżert fis-sena 29 AD. Għas-Sirjani din kienet is-sena 27 AD. Continue reading “Lectio Divina. It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Sena “C””