Il-brejkijiet

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kont fuq il-programm ferm popolari, li fih il-preżentatur għamel kumment li laqagħtni ħafna. U ġagħlni naħseb mhux ftit. Qal: “Fil-ħajja, il-brejkijiet tajbin għat-telgħa u anki għan-niżla”.

Jien, li nħobb nitgħallem minn kollox u minn kulħadd, f’dak il-ħin tal-programm intfajt naħseb u naħseb! Kos hux! Tajba din li l-brekijiet tajbin għat-telgħa u kif ukoll għan-niżla. Imma l-għaliex għat-telgħa? Qabel inwieġeb għal din il-mistoqsija nixtieq ngħid ħaġa li, almenu kif naħsibha jien, hija importanti ħafna. Immaġina karozza li trid seba’ għajnejn biex taraha. Għandha kollox jaħdem perfett. Kollox bil-push! Bil-buttuna! Elettronika avvanzata. Imma għandha difett wieħed. M’għandhiex brejkijiet! Mill-ewwel ngħidlek, avolja fil-karozzi ma nifimhx saħta: jew tirranġaha. Inkella … armieha! Continue reading “Il-brejkijiet”

Żjara ta’ tama

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu Papa Franġisku għamel żjara mill-aktar sabiħa u profetika fin-naħa ta’ fuq ta’ Napli, f’żona li jisimha Scampia. Huwa maħsub li l-organizzazzjoni kriminali Camorra għandha l-kontroll ta’ din iż-żona. F’din iż-żjara l-Papa iltaqa’ mal-priġunieri li qiegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Paggioreale. Żar is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei u iltaqa’ maż-żgħażagħ f’wieħed mill-isbaħ postijiet tal-Italja, jiġifieri dak tal-Lungomare Caracciolo. Beħsiebni insemmi xi ħsibijiet qawwija li għaddilna l-Papa tul din iż-żjara tiegħu li laqgħtuni. Continue reading “Żjara ta’ tama”

Is-Sibt Qaddis tal-Għid

Patri Mario Attard OFM Cap

Illum is-Sibt Qaddis tal-Għid! L-ilsien liturġiku Latin proprjament isejjaħlu Sabbatum Sanctum. Is-Sibt tal-Ġimgħa Mqaddsa. Uħud isibuh ukoll bħala s-Sibt il-Kbir. Jew is-Sibt l-Iswed. Inkella l-Vġili tal-Għid. Kien min, fosthom l-Insara Kopti, li sejħulu wkoll bħala Sibt il-Ferħ. Inkella laqqmuħ bħala Sibt id-Dawl. Dan il-jum, li jiġi l-għada tal-Ġimgħa l-Kbira, huwa l-aħħar jum qabel l-Għid il-Kbir. Mela l-aħħar wieħed tal-Ġimgħa Mqaddsa kollha. Fih, aħna l-Insara inħejju ruħna għaċ-ċelebrazzjoni solenni tal-Għid li tfakkar il-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet. Continue reading “Is-Sibt Qaddis tal-Għid”

In-nissieġ/a

Patri Mario Attard OFM Cap

Iċ-ċombini. It-trajbu. Il-ħajt. Il-magħżel. Il-labbra. Il-ħolqa. Il-minċott. Il-punt… Id-dinja tax-xogħol tal-idejn! Id-dinja li tkun Malti u Maltija! Fil-bżulija tal-id u s-sliem tal-moħħ! Ġenna ta’ sliem!

Xi xhur ilu kelli l-grazzja nduq din il-ġenna ta’ sliem. Dak is-sliem li joħroġ mill-qalb ħelwa u qalbiena tal-mara u tax-xebba bil-għaqal. Li jinsew lilhom infushom. U jintefgħu jaħdmu b’ruħhom u ġisimhom fuq biċċa xogħol tal-idejn. Punt wara punt. Bil-kalma. Bis-sliem. Bis-sewwa. Is-skiet imexxihom hu. L-għaliex is-skiet m’huwiex waħdu. Is-skiet huwa tqil. Tqil bil-ħajja. Anzi … l-Ħajja! Il-leħen ta’ Dak li hu l-Ħajja nnifisha. Ta’ Dak li qal: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja” (Ġw 14:6). L-istess leħen ta’ Dak li, fl-ewwel kapitlu tal-ewwel ktieb tal-Bibbja, il-Ġenesi, għammar: “‘Ħa jkun id-dawl.’ U d-dawl sar” (Ġen 1:3). U d-dawl sar għaliex ġej mid-Dawl! Minn dak li qal: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja” (Ġw 8:12). Continue reading “In-nissieġ/a”

L-għerf tal-qalb

Patri Mario Attard OFM Cap

Fl-okkażjoni tat-23 Jum Dinji tal-Morda, li ġie imwaqqaf minn San Ġwann Pawlu II, u li jiġi iċċelebrat bħas-soltu kull 11 ta’ Frar ta’ kull sena, Papa Franġisku ħareġ messaġġ għal dan il-jum partikulari. Il-messaġġ ta’ din is-sena jismu: L-għerf tal-qalb. Kont għajnejn għall-għama, kont riġlejn għaz-zopp (Ġobb 29,15).

Aktar minn sempliċiment nirrepeti dak li l-Papa Franġisku kiteb f’dan il-messaġġ sabiħ b’mod pappagallesk xtaqt nieqaf fuq frażi profonda mit-titlu tal-messaġġ: L-għerf tal-qalb. Ħadt gost ħafna li l-Papa silet it-titlu tiegħu mill-ktieb ta’ Ġobb. Ġobb huwa wieħed mill-personaġġi bibbliċi li għadda minn kull tbatija immaġinabbli. Tilef lil uliedu, ġidu u saħħtu. Kos hux! Għidli ftit jekk il-morda jitilfux huma wkoll lill-familja tagħhom, ġidhom u saħħithom? L-esperjenza tiegħi fl-Isptar Mater Dei tgħallimni li min jitlef saħħtu jkun tilef lill-familja tiegħu stess. Bħalissa tiġini quddiemi l-esperjenza ta’ missieri stess, Alla jaħfirlu. Meta kien pazzjent magħna f’Mater Dei seta’ igawdi lil ommi u lil ħuti? Le! L-għaliex lanqas meta kellu mumenti fejn kien jiġi f’tiegħu l-għejja u l-ħeddla tal-mard ma kienux jippermettulu li jgawdina. Fl-isptar ġieli niltaqa’ ma pazzjenti tal-flus! Jistgħu igawduhom? Jistgħu isiefru jew imqar li joħorġu jieklu mal-membri tal-familja tagħhom? Żgur li le! Mela dawn ikollhom moħħ! Continue reading “L-għerf tal-qalb”

Jekk għandek salib ġorru mhux tkaxkru!

Patri Mario Attard OFM Cap

In-nofsiegħa ta’ filgħodu. Idoqq il-pager. Immur f’waħda mis-swali tal-isptar. Iddaħlet omm anzjana. Bintha mħawda. Ma tafx x’ser taqbad tagħmel.

Il-ħin jibda’ għaddej. Nasal fis-sala. Nidħol. Nistaqsi għall-persuna. “Għandha bżonn il-Griżma tal-Morda”. Immur biswit l-omm. Il-bint tidħol miegħi. Tibda’ titlob miegħi hi wkoll. Hija mara li temmen. Mela fis-saram żgur li se ssibha issejjaħ l-Isem Qaddis u Adorabbli tal-Mulej Ġesù biex isalvaha. Id-dmugħ beda nieżel ma’ ħaddejha. Iebsa li tara lil ommok sejra lura bil-minuti f’saħħitha. Iebsa! Imma din hi l-ħajja. Min xi darba twieled se tasallu wkoll is-siegħa li għad iħalli dan il-Wied ta’ dmugħ. Continue reading “Jekk għandek salib ġorru mhux tkaxkru!”

Grazzi li int Mara!

Patri Mario Attard OFM Cap

Kemm hu importanti għalina li nagħrfu u niċċelebraw lill-eroj u l-eroijni tagħna!” Din is-sentenza ma ħarġitx minn fommi, il-Patri! Imma minn fomm il-poeta Afrikana-Amerikana, Maya Angelou. U illum, il-Ħadd 8 ta’ Marzu, il-Jum Internazzjonali tal-Mara, il-jum li fih jiġu iċċelebrati l-kisbiet tan-nisa fl-istorja u fil-pajjiżi kollha ta’ taħt is-sema, jiena wkoll nixtieq ningħaqad mal-kor tal-umanità biex infaħħar u nuri l-apprezzament kbir tiegħi u tal-Knisja tad-don ta’ kull mara. Continue reading “Grazzi li int Mara!”