Tibqax għaddej!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Il-karba tal-qalb li karab Abraham, hekk kif ra lill-Mulej biswit il-ballut ta’ Mamri, tidħolli f’qalbi kull darba li naqraha. Nismagħha. Inkella tingħatali l-grazzja li, fis-skiet tal-kunvent, niftakar fiha. Iva! Tidħolli f’qalbi l-għaliex hija preċiżament il-karba li toħroġ mill-qiegħ nett  ta’ ruħi! Imġewħa u għatxana għal dak li jxabba’. “Sidi, jekk jien sibt ħniena f’għajnejk, tibqax għaddej minn quddiem il-qaddej tiegħek” (Ġen 18:3). Continue reading “Tibqax għaddej!”

L-Irqajja’

Patri Mario Attard OFM Cap

Ir-roqgħa! Mhux sabiħa f’libsa. L-għaliex ma żżommhiex unità. Ir-roqgħa tkisser il-kontinwità tal-libsa.

Dan l-aħħar kont qed inqaddes u minn fuq is-sedja innutajt diversi rqajja’ fil-ġemgħa li kelli quddiemi. Mill-anqas għoddejt ma’ ħames irqajja’ battala kbar fil-miġemgħa liturġika. Dan il-fatt ixxukjani. Kellimni. Ħassibni. ħeġġiġni. Fetaħli orizzonti kbar. U ejja Patri? Għaliex? Continue reading “L-Irqajja’”

X’bomba dik eh!

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar kelli laqgħa mill-isbaħ mal-koppji żgħażagħ Franġiskani fiċ-Ċentru tagħna l-Kapuċċini fil-Furjana. Illum nifhem l-għaliex lilna l-Kapuċċini n-nies minn dejjem laqqmugħna bħala I frati del popolo. Ħeqq! L-għerf li l-Mulej żejjinna bih għallimtuhulna intom għeżież nies! U ta’ dan nirringrazzjawkom minn qiegħ qalbna! Għandna stima kbira lejkom għeżież għalliema tagħna! Continue reading “X’bomba dik eh!”

Il-boilersuit tal-Mulej

Sur Editur,

Dan l-aħħar familja viċin ħafna tiegħi tatni rigal tassew sabiħ. Għamlitli ċoqqa ġdida! Rigal li ferraħni tgħidx kemm għaliex iċ-ċoqqa Franġiskana Kapuċċina nħobb nilbisha ħafna. Hija libsa tassew għal qalbi!

Minn żmien għal żmien insib min jikkritikani. Hemm min jikkwotali l-qawl famuż Taljan: L’abito non fa l’monaco, jiġifieri ċ-ċoqqa ma tagħmilx lil Patri! Mid-darba u elf! U allaħares kien hekk għax li kieku kulħadd kien jilbes ċoqqa fuqu u jgħid li hu Patri. Wieħed jista’ jilbes iċ-ċoqqa ta’ Patri biex jisraq jew jaħrab mill-ġustizzja. Allura nista’ ngħid li dan il-proxxmu hu tassew Patri? Minn dan l-aspett min jirraġuna hekk għandu raġun biex ibigħ. Imma, fir-realtà mhuwiex qiegħed jgħid il-verità sħiħa. Continue reading “Il-boilersuit tal-Mulej”

Hemm anġlu li jismu Nicole

Kitba ta’ Patri Mario Attard OFM Kap

Ix-xogħol tal-Isptar ilaqqagħni ma’ biżibilju ta’ stejjer. Fost dawn illum nixtieq naqsam magħkom dik ta’ Nicole Żahra, tifla ta’ għaxar snin li, nhar is-16 ta’ Lulju ta’ din is-sena marret tiltaqa’ ma’ Kristu Rxoxt. Min hu dan l-anġlu li bħalissa qiegħed fis-sema jitlob għalina lkoll? Continue reading “Hemm anġlu li jismu Nicole”

X’qal eżatt il-Papa?

Sur Editur,

Taħt ħafna aspetti l-Papa Franġisku tassew huma don mill-Mulej għall-umanità. Huwa don l-għaliex ma jiddejjaq xejn juri l-verità. Anki jekk ikun hemm min jitmehżmeż. Bħalma kien hawn min tmehżmeż bl-omelija li għamel nhar it-Tnejn 2 ta’ Ġunju waqt li kien qiegħed iqaddes quddiesa ma’ grupp ta’ koppji li kienu qiegħdin jiċċelebraw il-25 u s-60 anniversarju miż-żwieġ tagħhom.

Continue reading “X’qal eżatt il-Papa?”