Ir-ritratt ta’ Ġuda fis-Salmi

Patri Mario Attard OFM Cap

Jum l-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa niltaqgħu mal-karattru ta’ Ġuda t-traditur.

L-aktar element espressiv tal-episodji tat-tbatija ta’ Kristu x’aktarx li huwa l-konfużjoni fl-episodju tat-tradiment. Immedjatament naraw l-għoljiet u l-qċaċet tal-kundizzjoni umana. F’din id-drama aħna nitmexxew f’kontroversja li tisfidana biex nagħrfu d-dawl qalb dlam li taqgħtu b’sikkina. F’din il-konfużjoni jeżiżti dan l-antagoniżmu li jżid aktar l-umanità tal-istorja. Jeżiżtu ħafna emozzjoniet fil-ġrajjiet evanġeliċi varji li jirrakkuntaw il-ġrajja tat-tradiment: il-ħbiberija u l-fiduċja, mqiegħda max-xeħħa, mal-qerq u mal-biża’. Mhux talli Kristu ma kellux it-toqol li jissaporti l-infedeltà ta’ Ġuda talli jinsab assedjat ukoll mill-abbandun ta’ oħrajn mit-tnax li kien għażel. Continue reading “Ir-ritratt ta’ Ġuda fis-Salmi”