Mhux ir-responsabbiltà tal-Knisja biss!

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-Knisja Kattolika tħobb, tgħożż u toffri s-servizz tagħha lill-familja. Huwa fl-interess ġenwin tagħha li l-familja tkun soda. Inkella x’ġejjieni se jkollha bħala l-Poplu ta’ Alla fid-dinja? Dan joħroġ b’mod ċar b’inizzjattivi prattiċi, bħalma hu l-Moviment ta’ Kana, li tul is-snin il-Knisja f’Malta għenet bis-sħiħ lill-bosta familji Maltin u Għawdxin fil-ħajja familjari tagħhom. F’dan l-isfond nixtieq infakkar ftit dak li l-eżortazzjoni appostolika tal-Beatu Ġwanni Pawlu II, Familiaris Consortio, li titħaddet fuq ir-rwol tal-familja Nisranija fid-dinja moderna, tgħidilna fl-ewwel numru tagħha: Continue reading Mhux ir-responsabbiltà tal-Knisja biss!