Il-boilersuit tal-Mulej

Sur Editur,

Dan l-aħħar familja viċin ħafna tiegħi tatni rigal tassew sabiħ. Għamlitli ċoqqa ġdida! Rigal li ferraħni tgħidx kemm għaliex iċ-ċoqqa Franġiskana Kapuċċina nħobb nilbisha ħafna. Hija libsa tassew għal qalbi!

Minn żmien għal żmien insib min jikkritikani. Hemm min jikkwotali l-qawl famuż Taljan: L’abito non fa l’monaco, jiġifieri ċ-ċoqqa ma tagħmilx lil Patri! Mid-darba u elf! U allaħares kien hekk għax li kieku kulħadd kien jilbes ċoqqa fuqu u jgħid li hu Patri. Wieħed jista’ jilbes iċ-ċoqqa ta’ Patri biex jisraq jew jaħrab mill-ġustizzja. Allura nista’ ngħid li dan il-proxxmu hu tassew Patri? Minn dan l-aspett min jirraġuna hekk għandu raġun biex ibigħ. Imma, fir-realtà mhuwiex qiegħed jgħid il-verità sħiħa. Continue reading Il-boilersuit tal-Mulej