Ma tridx iddaħħalha f’rasek!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Darba minnhom kont miexi f’kuritur fl-Isptar. Niftakar li f’dik il-ġurnata l-affarijiet ma kienux daqshekk hectic. Għall-erwieħ! Mela stajt nimxi bil-mod il-mod u b’ċertu kalma. U mhux bħas-soltu! Road Runner!

Il-bint kienet qed titħaddet mal-omm fuq xi ħaġa. U, f’daqqa waħda, daret lejha u qaltilha: “Ma tridx iddaħħalha f’rasek!” X’ħin smajt din il-kelma tbissimt. Mhux għall-omm tafux. Imma għalija stess! Mhux l-ewwel darba li naqbad lili nnifsi rasi iebsa fuq ċerti affarijiet! Continue reading Ma tridx iddaħħalha f’rasek!