Hawn passa!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Bħalissa hawn passa! Ħafna persuni jinsabu ma jifilħux. Kull min tisma’! X’saru minnu? Kemm ilni ma naraha? It-tali u t-talija kienu ma jifilħux. U mela x’hawn idur fl-arja bħalissa biex hawn daqshekk nies mixħutin fis-sodda? “Bilfors ħi!” issib min jgħidlek. “Qed jinqaleb it-temp!” U, milli jidher, dan it-taqlib tat-temp qed iqalleb ukoll is-sistema ta’ saħħitna! Madankollu, u għall-grazzja ta’ Alla, il-mediċina għamlet passi ta’ ġgant f’dan ir-rigward. It-tipi qawwija u effikaċi ta’ mediċina li hawn fis-suq flimkien mal-mistrieħ jawguraw fejqan ta’ malajr. Almenu dawn huma ż-żewġ pariri li jagħtu t-tobba bravi tagħna. Continue reading Hawn passa!