X’għandek? X’int imħasseb?

Patri Mario Attard OFM Cap

Innutatni dieħel ħdejn il-pazzjenti. Qdejthom minn qalbi. Imbagħad ħarġet u ġiet issibni. Għall-ewwel ħasdittni. Imma ferħittni. Għaliex sensittiva għall-bżonnijiet tal-proxxmu!

“X’għandek Patri? X’int imħasseb?” Il-mistoqsijiet tagħha mimlija mħabba daħlu f’qalbi. Apprezzajthom. Kelli bżonnhom! “Int taf kif jaħdem kompjuter meta jkollu xi tlett programmi għaddejjin f’daqqa? Kif il-lembut idur u jgħaqad?” Tbissmet. Ħadt ir-ruħ. L-għaliex issa bdiet tifhem x’kont se ngħidilha. “Immaġina,” weġibtha. Ikollok mat-tlett affarijiet f’moħħok x’se tagħmel. Bilfors li tinkwieta xi naqra hux biex tara kif se tlaħħaqhom.” “Veru Patri!” weġbitni. “Għandek raġun! Imma peress li int dejjem tistaqsina kif aħna issa kien imiss lili biex nara kif int”. Continue reading X’għandek? X’int imħasseb?

It-triq tan-nofs

Patri Mario Attard OFM Cap

Kont naħseb li hija kwistjoni biss tar-raġuni! Issa meta qallibt ftit intbaħt li anki l-fidi titħaddet dwarha. U skantajt. Naħseb ikun aħjar jekk nagħtikom is-sors fejn sibt dan li se naqsam magħkom illum.

Darba San Piju tal-Pjagi qal hekk: “Irridu inkunu nafu kif se nafdaw. Hemm il-biża’ ta’ Alla u l-biża’ ta’ Ġuda. Ħafna biża’ iġiegħel lil xi ħadd jaħdem mingħajr imħabba. Filwaqt li l-kunfidenza żejda ma tħalliniex nikkunsidraw il-periklu li għandna nissuperaw”. Continue reading It-triq tan-nofs

Mill-pornografija għall-ħajja fi Kristu

Patri Mario Attard OFM Cap

Dan l-aħħar ħbieb kbar tiegħi laqqgħuni ma’ ġrajja li seħħet tassew u li lanqas ridt nemminha. Meta qrajtha tant kemm laqtitni li xtaqt ħafna naqsamha magħkom il-qarrejja. Dan qiegħed nagħmlu għax nemmen bis-sħiħ li l-ebda sitwazzjoni, iebsa kemm hi iebsa, ma’ tista’ twaqqaf lill-Mulej milli jaħdem u jibdel il-qlub tan-nies. Continue reading Mill-pornografija għall-ħajja fi Kristu

Ma tridx iddaħħalha f’rasek!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Darba minnhom kont miexi f’kuritur fl-Isptar. Niftakar li f’dik il-ġurnata l-affarijiet ma kienux daqshekk hectic. Għall-erwieħ! Mela stajt nimxi bil-mod il-mod u b’ċertu kalma. U mhux bħas-soltu! Road Runner!

Il-bint kienet qed titħaddet mal-omm fuq xi ħaġa. U, f’daqqa waħda, daret lejha u qaltilha: “Ma tridx iddaħħalha f’rasek!” X’ħin smajt din il-kelma tbissimt. Mhux għall-omm tafux. Imma għalija stess! Mhux l-ewwel darba li naqbad lili nnifsi rasi iebsa fuq ċerti affarijiet! Continue reading Ma tridx iddaħħalha f’rasek!

Għajn Dwieli tal-festa!

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-fraternità tagħna l-Franġiskani Kapuċċini f’Għajn Dwieli qiegħdha tiċċelebra l-50 anniversarju mill-ftuħ tal-knisja.

Kien nhar l-10 ta’ Lulju 1965, jum is-Sibt fis-6.30 p.m. meta l-Provinċjal Patri Fortunatu Pulè bierek il-Knisja iddedikata lil Sant’Antnin ta’ Padova u mexxa l-ewwel quddiesa konċelebrata fiha. L-għada, il-Ħadd u fil-jumejn ta’ wara saret Espożizzjoni Ewkaristika Solenni b’radd il-ħajr u b’qima lill-Mulej. Erba’ snin wara, jiġifieri nhar il-25 ta’ Ġunju 1969, l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Mikiel Gonzi ikkonsagra l-knisja. Minn dakinhar ‘il quddiem ħuti l-Patrijiet Kapuċċini ma waqfu qatt iwasslu t-tagħlim li ħallielna Ġesù miktub fl-evanġelju taħt bosta għamliet ta’ ħidma pastorali, soċjali u edukattiva. Continue reading Għajn Dwieli tal-festa!

L-apoloġetika hija evanġelizzazzjoni!

Patri Mario Attard OFM Cap

F’dawn l-aħħar snin, speċifikament fil-kitbiet tal-Beatu Ġwanni Pawlu II u kif ukoll f’dawk ta’ Benedittu XVI, il-Knisja qiegħdha titħaddet b’qawwa kbira fuq il-frażi pastorali “evanġelizzazzjoni ġdida”.  Hemm bżonn kbir li l-messaġġ Nisrani jiġi mgħoddi b’mod ġdid lill-kontinent li minnu iffjorixxa: l-Ewropa. Imma dan il-proċess tat-tħabbir tal-kelma huwa, minnu nnifsu, apoloġetiku. Għaliex? Continue reading L-apoloġetika hija evanġelizzazzjoni!