Mill-pulptu

Patri Mario Attard OFM Cap

Minn dejjem kienet ix-xewqa ta’ qalbi. Ix-xewqa li kull patri jew qassis ikollu. Jiġifieri dik li jinseġ il-paniġierku tal-belt jew raħal li minnu jkun ġej.

Ħafna ħarġu sorpiżi li demmi Karkariż. Imma hekk hu. U ma stajtx, minkejja l-kummenti imqarba ta’ xi wħud, ma nsemmax l-għajta tiegħi biex nagħmel il-paniġierku! Kull darba li nara lil Santa Liena ħierġa mill-Knisja, eżattament għat-tmiena u seba’ minuti, qalbi tkun trid tinfaqa’. L-emozzjonijiet li jkolli huma kbar. Issa jekk qalbi tkun ħa toħroġ meta nara lix-Xemx t’Awwissu ħierġa mill-Bażilika Kolleġġjata Elenjana aħseb u ara kif kien se jħossni jekk nitla’ fuq il-pulptu ħa ninseġ il-paniġierku! Continue reading Mill-pulptu

X’velenu!

Patri Mario Attard OFM Cap

Tafu li jeżiżti tip ta’ velenu li joqtol lin-nies? Mhux il-velenu li qed taħseb int. Ġieli dan il-velenu ikun fi lsieni u lsienek. Avolja maħniex cobra! Dan il-velenu jissejja tgergir!

It-tgergir hu Susa ta’ ħażen. Xibka ta’ qerq. Baħar ta’ ħsara! Jidher dnub żgħir. U mhux kulħadd igerger! Anki l-imsaren fiż-żaqq … igergru! Imma tgergir l-imsaren ħsejjes ta’ din id-dinja. Filwaqt li t-tgergir huwa ħsejjes l-infern fil-widnejn. It-tgegir ħobż ix-xewwiexa. Ix-xorb il-qattiela. Continue reading X’velenu!

X’entużjażmu!  

Patri Mario Attard OFM Cap

Li l-poplu Karkariż, bħal kull poplu ieħor f’Malta u Għawdex tagħna, jaf jiċċelebra bil-kbir il-festa ta’ raħlu jew beltu huwa fatt li jistqarru kulħadd. Madankollu l-entużjażmu li rajt fil-festa tal-għażiża ommna Santa Liena kien tassew kbir. Għaġġibni.

Apposta ħallejt din is-sentenza miftuħa u ma għedtx “ta’ din is-sena”. Ma rrid bl-ebda mod nagħti l-impressjoni li din is-sena biss kien hemm entużjażmu kbir. Biss din is-sena kelli ċ-ċans li napprezza aktar din il-ħeġġa kbira li kien hemm tħeġġeġ fl-art Karkariża għall-Mulej u Lieni tiegħu u tagħna l-għaliex messitni l-grazzja, mingħajr ma jistħoqqli, li ninsġilha l-paniġierku. Continue reading X’entużjażmu!  

Jaħfru d-dnub tal-abort

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-Ġublew tal-Ħniena, ismu miegħu, hu tabilħaqq festa tal-ħniena ta’ Alla għalina l-bnedmin, midinbin. L-għaliex il-ħniena, biex tkun tassew ħniena, ma teskludi lil ħadd.

Dan deher ċar f’ittra li l-qdusija tiegħu l-Papa Franġisku bagħat lill-Arċisqof Rino Fisichella, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida, nhar l-1 ta’ Settembru 2015. F’din l-ittra Papa Franġisku ħabbar l-indulġenza li se jagħti fl-okkażjoni tal-ġublew straordinarju tal-ħniena. Fost il-kategoriji ta’ persuni li se jibbenifikaw minn din l-indulġenza nsibu l-maħfra ta dawk li wettqu d-dnub tal-abort. Continue reading Jaħfru d-dnub tal-abort

Passiġġata max-xmara Vistula

Patri Mario Attard OFM Cap

Qomt filgħodu. Qabel kulħadd. Tmattart fis-sodda komda. Għalkemm mhix żgur waħda tal-għonja. U ħriġt …

L-arja Krakovjana ħaddnittni magħha f’dan il-jum. ‘Il bogħod minn kull ħoss tat-triq ewlenija rħejtilha ferħan u ħafif minn Triq Przedwiośnie dritt lejn il-pont żgħir li jwassal għax-xmara Vistula. Dakinnhar it-temp kien kemxejn imċajpar. Madankollu ma stajtx ma napprezzax is-skiet u l-ħemda li kienu bħall-kutra smewwija jgħattu b’mod li jgħaġġbek dan l-għaġeb ta’ xmara li ħareġ minn id il-Ħallieq. Continue reading Passiġġata max-xmara Vistula

X’parroċċa għandna!

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-parroċċa! Żgur li se ssemmili San … jew Santa … Inkella Alla u Ommu! Le sieħbi! Agħfas il-brejk! Ikkalma! U ħallik mill-baned! Mill-murtali! Mill-armar ta’ barra u ġewwa! M’għedltekx li huma ħżiena. Lanqas li rridu narmhuhom. Għedtlek biss, ikkalma! Ejja naraw l-affarijiet kif inhuma!

Dan l-aħħar ġiet f’idejja talba mill-isbaħ li nkitbet għall-Assembleja Parrokjali. Meta tlabtha bil-mod ma stajtx ma naqbadx il-pinna u nikteb dak li l-Mulej poġġhieli fil-qiegħ tal-qiegħ nett ta’ qalbi. Inkella, jekk ma nagħmilx hekk, jew għax nibża’ mill-kritika inkella għax nittraskura leħen il-Mulej fija x’naqbad ngħidlu meta ġurnata se nidher quddiemu għall-ġudizzju personali tiegħi? Xi skuża se naqbad inġiblu? Liema diskors għaqli, prudenti u kollu sengħa jista’ jeħlisni mis-sinċerità eterna tiegħu? Continue reading X’parroċċa għandna!

Bil-PH.D wara!

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-PH.D! Il-Profs. Insomma! Illum ħafna qiegħdin jeħduha l-lawrja ta’ dottorat. Donnhom anki d-dottorati saru ħerġin bħall-pastizzi! Tgħid anki l-kennies se jispiċċa bid-dottorat? Taħlifx! Imma mhux dan il-punt tallum.

Darba żgħażugħ għallimni din il-biċċa għerf il-ħajja. Qalli: “Patri! Bil-PH.D wara!” Personalment qatt ma kont smajtha din il-frażi. Għalhekk, kurjuż għaliex inħobb u nitgħallem, imma mhux biex inkun naf x’għamel dak jew x’għamlet dik, staqsejtu: “Tista’ jekk jogħġbok tfissirhieli naqra?” “Infissirhielek Patri!” weġibni. Weġibni: “Il-PH.D tan-nisa qiegħdha fil-qried. Filwaqt li tal-irġiel qiegħdha fit-tgergir”. Continue reading Bil-PH.D wara!