Jekk għandek salib ġorru mhux tkaxkru!

Patri Mario Attard OFM Cap

In-nofsiegħa ta’ filgħodu. Idoqq il-pager. Immur f’waħda mis-swali tal-isptar. Iddaħlet omm anzjana. Bintha mħawda. Ma tafx x’ser taqbad tagħmel.

Il-ħin jibda’ għaddej. Nasal fis-sala. Nidħol. Nistaqsi għall-persuna. “Għandha bżonn il-Griżma tal-Morda”. Immur biswit l-omm. Il-bint tidħol miegħi. Tibda’ titlob miegħi hi wkoll. Hija mara li temmen. Mela fis-saram żgur li se ssibha issejjaħ l-Isem Qaddis u Adorabbli tal-Mulej Ġesù biex isalvaha. Id-dmugħ beda nieżel ma’ ħaddejha. Iebsa li tara lil ommok sejra lura bil-minuti f’saħħitha. Iebsa! Imma din hi l-ħajja. Min xi darba twieled se tasallu wkoll is-siegħa li għad iħalli dan il-Wied ta’ dmugħ. Continue reading Jekk għandek salib ġorru mhux tkaxkru!

Grazzi li int Mara!

Patri Mario Attard OFM Cap

Kemm hu importanti għalina li nagħrfu u niċċelebraw lill-eroj u l-eroijni tagħna!” Din is-sentenza ma ħarġitx minn fommi, il-Patri! Imma minn fomm il-poeta Afrikana-Amerikana, Maya Angelou. U illum, il-Ħadd 8 ta’ Marzu, il-Jum Internazzjonali tal-Mara, il-jum li fih jiġu iċċelebrati l-kisbiet tan-nisa fl-istorja u fil-pajjiżi kollha ta’ taħt is-sema, jiena wkoll nixtieq ningħaqad mal-kor tal-umanità biex infaħħar u nuri l-apprezzament kbir tiegħi u tal-Knisja tad-don ta’ kull mara. Continue reading Grazzi li int Mara!

L-għaxar ġawhriet

Patri Mario Attard OFM Cap

Iż-żmien tal-eżerċizzji hu żmien speċjali. Żmien ta’ grazzja. Mhux biss għall-poplu ta’ Alla li jisma’ bi ħġaru l-Kelma ta’ Alla. Iżda, u l-ewwel nett, għalina s-saċerdoti. Għalina li nħejju ruħna biex nagħtu dak li l-Mulej iqegħdilna f’qalbna, imsaħħaħ bil-qawwa tal-Iskrittura u t-tagħlim tal-Knisja tiegħu. Continue reading L-għaxar ġawhriet

Maħbubin għax nistgħu inħobbu

Patri Mario Attard OFM Cap

Il-festa ta’ San Valentinu ġiet u għaddiet. Min jaf kemm intefqu flus fi fjuri, f’ikliet, f’rigali, f’weekend breaks. Inħallikom taħsbu! Imma taħsbu li nistgħu ngħidu li intefqu? Jew aħjar, u biex inkunu aktar korretti, ikun aħjar jekk ngħidu li ġew investiti? Fejn ir-relazzjonijiet jistgħu itulu, għalkemm jgħaddu mill-ixtiewi tagħhom, festa bħal San Valentinu tagħti aktar ħeġġa biex wieħed jissokta jinvesti fir-relazzjoni. Continue reading Maħbubin għax nistgħu inħobbu

Nitgħallmu minnu

Patri Mario Attard OFM Cap

Issa l-arċidjoċeżi tagħna għandha r-ragħaj spiritwali ġdid tagħha. Kull ragħaj iġib miegħu l-bagalja tiegħu mimlija kif inhi bl-esperjenzi, bil-konvinzjonijiet, u b’għadd ta’ modi ta’ kif jista’ jeżerċita r-responsabbiltà episkopali li ġiet afdata f’idejh.

Dan l-aħħar, waqt li kont qiegħed naħdem fl-isptar, ġejt imnebbaħ b’din il-fehma interessanti. Illum, li missieri, Alla jaħfirlu, ħalliena, sirt aktar napprezzah. Għaliex, fin-nuqqas tiegħu, qiegħed nara kwalitajiet li, meta kien ħaj, għal xi raġuni jew oħra, ma stajtx nara. Għalkemm dejjem xtaqt li nara ħa napprezzah aktar. Kif tassew jixraqlu! Continue reading Nitgħallmu minnu

Wara mixja f’jum sabiħ

Patri Mario Attard OFM Cap

Illum, it-Tlieta 3 ta’ Marzu, kien jum mill-isbaħ. Għalhekk, wara l-ikel u l-ħasil tal-platti fil-fraternità, qtajtha li ninżel passejn ħa ngawdi l-ġmiel ta’ dan il-jum.

Is-sema, ikħal nir, għaġġibni. Ippruvajt nippenetra b’ħarsti, dgħajfa kemm tridha, f’dak l-ikħal tal-għaġeb. Jgħidu li l-kulur ikħal tas-sema huwa r-rifless tal-baħar. Almenu lili hekk kienu fissruhieli. Hi x’inhi t-tifsira bqajt imsaħħar għal dak l-ikħal li ma stajt nippenetrah b’ħarsti imsammra fih. L-għaliex kull darba li ippruvajt inħares fil-fond tiegħu xi ħaġa qaltli li qatt m’hu se jseħħli nidħol fil-qalba tiegħu. Continue reading Wara mixja f’jum sabiħ

Tibqax għaddej!

Patri Mario Attard OFM Cap 

Il-karba tal-qalb li karab Abraham, hekk kif ra lill-Mulej biswit il-ballut ta’ Mamri, tidħolli f’qalbi kull darba li naqraha. Nismagħha. Inkella tingħatali l-grazzja li, fis-skiet tal-kunvent, niftakar fiha. Iva! Tidħolli f’qalbi l-għaliex hija preċiżament il-karba li toħroġ mill-qiegħ nett  ta’ ruħi! Imġewħa u għatxana għal dak li jxabba’. “Sidi, jekk jien sibt ħniena f’għajnejk, tibqax għaddej minn quddiem il-qaddej tiegħek” (Ġen 18:3). Continue reading Tibqax għaddej!