L-1 ta’ Mejju: ix-xogħol u l-festa liturġika tax-xogħol

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Illum, il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju, tista’ tgħid kull nazzjon taħt is-sema jiċċelebra Jum il-Ħaddiem. Aktar minn ħamsin sena ilu l-Knisja rat din il-festa bħala opportunità biex tirrifletti fuq il-figura ta’ San Ġużepp. Il-ħaddiem li issapportja kemm felaħ lill-familja tiegħu. Għal dan il-għan l-Knisja għażlietu bħala Padrun tal-Ħaddiema kollha. Continue reading L-1 ta’ Mejju: ix-xogħol u l-festa liturġika tax-xogħol

Diġà bil-qargħa!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Mort nixtri l-gazzetti bħas-soltu. Għodu għodu. Qabel nibda’ jum twil ta’ ħidma fl-isptar. U fettilli nitfa’ ħarsti fuq il-monitor l-iswed. Għall-kurżità … jekk trid! U d-dehra rajtha! Rajtha eżatt bħalma tkun għalqa bil-qamħ u jkollha xi tondjatura f’nofsha. Forsi mogħtija bi ftit qmugħ! Imma kienet hi! Il-qargħa! Continue reading Diġà bil-qargħa!

Il-pajjiż tas-Salib!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Arahom! Wieħed wieħed! Imqiegħdha għarkupptejhom. Bħall-ħrief meħuda għall-qatla. Bħal nagħaġ f’id min iġiżżhom. Ma fetħux fommhom! Warajhom m’għandhomx l-id tal-ħbieb li qed iżiegħlu bihom bi ħniena! Mela! Għandhom warajhom irġiel mgħammda li, l-għaliex jibżgħu li jiġu identifikati, jinħbew wara maskra biex iwettqu att barbaru. U infami! Joqtlu persuni bla ħtija. U l-għaliex dan? Sempliċiment l-għaliex huma Insara. L-għaliex ġejjin “mill-pajjiż tas-Salib”. Tgħid għaliex hux li tkun Nisrani jfisser theddida għal uħud? Continue reading Il-pajjiż tas-Salib!

Tagħmel x’tagħmel nibqa’ nħobbok!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Illum jgħidulek li t-tradiment sar xi ħaġa komuni isemmix. Minn dejjem kien. Forsi illum iktar faċli biex jitwettaq. Il-mezzi tal-komunikazzjoni żgur li jiffaċilitaw din il-krudeltà biex iseħħ.

Għaxar snin ilu kien għamilhielha. Kien mar ma’ ħaddieħor. Qalbha ferihielha. Ħadet is-snin biex tfiq minnha. Imnalla li t-tlett itfal tagħhom kienu żgħar wisq dak iż-żmien biex jifhmu. Għaliex, li kieku fehmu x’kien seħħ fil-familja tagħhom żgur li ma kienux jaħfrulu. Imma issa x’se jagħmlu war li reġa’ għaxxaqha? Se jaħfrulu t-tieni darba? Iż-żmien jagħtina parir. Li hemm żgur hu li l-ferità reġa’ fetħalieha beraħ. Tgħid għaliex? Forsi għaliex ma kinitx ħelwa minn ilsienha? Jew kumplimenti għalih ma’ kellhiex jew skarsaw wisq? Forsi għaliex ma għarfitx tkun iktar ġentili miegħu? Jew hu ppretenda li martu qiegħdha hemm biex taqdih sesswalment biss? Speċi ta’ magna tas-sess? Continue reading Tagħmel x’tagħmel nibqa’ nħobbok!

Predikatur għalliem

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Illum donnok tibża’ issemmi l-kelma omelija. Aħseb u ara l-kelma predikatur! Uħud, forsi għal raġunijiet validi wkoll, ma jifilħux jisimgħu prietki ! Aħseb u ara prietki fit-tul! Madankollu anki illum, fejn ħajjitna saret suq ħa mmorru, għadek issib nies li jgħidulek: “Meta jipprietka t-tali ma nkunx nixtiequ jispiċċa. Kemm jipprietka bis-sens!”

Anki fil-Kristjaneżmu tal-ewwel sekli seħħet l-istess ħaġa. Kien hemm predikatur li kien iħollok b’dak li jgħid. Kellu ċerta teknika u anki spiritu kif l-affarijiet jesprimihom fil-prietki tiegħu. U dan ix-xi ħadd m’hu ħadd għajr l-għaref u duttur tal-Knisja Santu Wistin, l-Isqof ta’ Ippona. Continue reading Predikatur għalliem

L-isfidi u l-mezzi biex Kristu jiġi mħabbar

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

It-twissija ta’ San Pawl hija ċara kristall: “Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju” (1 Kor 9:16). Li wieħed jevanġelizza huwa dmir sagrosant li ħadd ma jista’ jaħrab minnu. L-istess sejħa u ħajja Nisranija titlob dan b’qawwa kbira minna. Saħansitra, fir-rit tal-magħmudija stess, fil-parti imsejħa effatah, jiġifieri infetaħ, it-tarbija jitberkulha l-widnejn biex tisma’ l-Kelma ta’ Alla u fommha biex ixxandarha. Continue reading L-isfidi u l-mezzi biex Kristu jiġi mħabbar

Imħabba sal-aħħar!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Il-ħajja ma tifimhiex. Ċertu atti ma tifhimx għalfejn isiru. Għaliex kieku tgħid li meta jitwettqu dak li jkun se jdaħħal xi ħaġa fil-but, tagħlaq għajn waħda u, bi tqanżiħa, tgħid, “tifimha!”

Imma li taħsad il-ħajja tan-nies, hekk kiesaħ u biered, u l-aktar jekk ikunu żgħażagħ fl-aqwa tagħhom, b’futur lest quddiemhom, fuq ix-xwiek biex iħaddanhom miegħu, allura l-att tassew isir assurd. Bla sens. Tal-blieħ! Continue reading Imħabba sal-aħħar!