Oj! Għandi ismi!

Patri Mario Attard OFM Cap

Darba veru iddejjaqt! Anzi, biex inkun eżatt, weġġajt bil-kbir! U weġġajt mhux l-għaliex kienu qiegħdin jgħidu xi ħaġa kontrija. Li kieku kien hekk kont ngħid: “U iva! Minix xi stilla! Jew xi ħadd speċjali! Imma jiena persuna bħal ħaddieħor u, bħal ħafna oħrajn, spiċċajt bħala wieħed mis-suġġetti tad-diskussjonijiet ta’ dawn il-bnedmin!” Iżda, b’dak li smajt dakinnhar waqt din id-diskussjoni bejn dawn iż-żewġ persuni tassew li iddisgustani bil-kbir! Continue reading “Oj! Għandi ismi!”

Għall-gwerra!

Patri Mario Attard OFM Cap

Mà x’biża! Mela ġejja l-gwerra Patri? U dan kif inqalgħet gwerra u aħna ma nafux? Int, bħali, ilek tgħixha l-gwerra mill-mument li ħriġt minn ġuf ommok. Ħa ngħidlek sieħbi kemm hu veru li qed ngħidlek.

Ġieli ġralek li tkun trid tagħmel is-sewwa b’saħħa u mbagħad tħossok imdawwar b’qawwa li kważi iġġennek biex tagħmel eżatt il-kontra tat-tajjeb li tkun tassew tixtieq? Ġieli ġralek li aktar ma tkun trid titbiegħed mit-tentazzjoni aktar issibha tiġri warajk? Issa din m’hijiex gwerra? Continue reading “Għall-gwerra!”

Jien … Missierek!

Patri Mario Attard OFM Cap

Ibni! Binti! Forsi ma tafniex. Imma jiena kollox naf fuqek (Salm 139:1).

Naf meta tpoġġi bilqiegħdha. U meta tqum (Salm 139:2). Jiena ta’ ġewwa mal-modi ta’ mġieba tiegħek (Salm 139:3). Naf saħansitra sal-inqas xagħra f’rasek (Mattew 10:29-31). Għaliex ġejt maħluq\a fuq xbihati (Ġenesi 1:27). Fija tgħix, timxi u tista’ tkun int (Atti 17:28). Għaliex int wildti (Atti 17:28). Kont nafek qabel ġejt imnissel\imnissla (Ġeremija 1:4-5). Għażiltek meta ħejjejt il-ħolqien (Efesin 1:11-12). Ma kontx xi żball. Jiemek jinsabu miktuba fil-ktieb tiegħi (Salm 139:15-16). Jiena iffissajt iż-żmien eżatt li fih int twelidt u fejn se tgħix (Atti 17:26). Int ġejt maħluq\a b’mod tal-għaġeb (Salm 139:14). Nissiġtek f’ġuf ommok (Salm 139:13). U ħriġtek ‘il barra minn ġuf ommok fil-jum li fih twelidt (Salm 71:6). Continue reading “Jien … Missierek!”

Ħidma imsejsa fuq il-ħniena tal-vanġelu.

175 sena mit-twaqqif tal-Provinċja tal-Aħwa Minuri Kapuċċini Maltin

Nhar is-27 ta’ Awwissu 2015 il-Provinċja tal-Aħwa Minuri Kapuċċini Maltin għalqet 175 sena mit-twaqqif Kanoniku tagħha. Kien b’riħet Patri Ewġenju minn Rumilli, il-Ministru Ġeneral tal-Ordni Kapuċċin, li b’digriet tas-27 t’Awwissu 1840 għolla l-Kustodja ta’ Malta għall-grad ta’ Provinċja awtonoma fl-Ordni. Continue reading “Ħidma imsejsa fuq il-ħniena tal-vanġelu.”

Kollox sew?

Patri Mario Attard OFM Cap

Għadni kemm ġej mill-funeral ta’ wieħed mill-Patrijiet Kapuċċini li dejjem laqagħtni għas-sempliċità, il-ferħ u l-karità li dejjem għamel mal-batut. Il-mibki Patri Krispin Tabone OFM Cap.

Patri Krispin kien iħobb isaqsi lil dak li jkun: “Kollox sew?” Il-frażi tfakkarni li Patri Krispin innifsu kien sewwa mal-Kollox. Mal-Kollox li hu s-sewwa! Jiġifieri l-Mulej! Nhar l-Erbgħa 21 t’Ottubru, fi Knisja ippakkjata tas-Salib Imqaddes fil-Furjana, għadd ġmielu ta’ nies ġew biex jagħtu l-aħħar tislima lill-bniedem li ta ħajtu għal Ġesù Kristu kemm fil-missjonijiet, mal-foqra u kif ukoll f’servizz minn qalbu lil ħutu l-Patrijiet bħala Gwardjan u Provinċjal. Continue reading “Kollox sew?”