Kemm hu sabiħ u ħelu li l-aħwa jgħammru flimkien!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Il-kelma fraternità, jew komunità, saret kelma fuq fomm kulħadd! Dan hu tassew pożittiv! L-għaliex x’isir minnu l-bniedem jekk ma jgħix fis-sliem u l-għaqda ma’ ħutu l-bnedmin? Żgur li ma jibqax bniedem!

Għal min hu midħla tat-talb tal-qassisin, il-patrijiet, is-sorijiet, u llum ta’ bosta minn fost ħutna Nsara Maltin ukoll, fis-Salm 132(133), naqraw dan il-kliem li hu t-titlu ta’ din ir-riflessjoni tallum: “Kemm hu sabiħ u ħelu li l-aħwa jgħammru flimkien…” Santu Wistin, bħas-soltu, ma kienx kuntent b’din is-sentenza hekk kif kien jaqraha ta’ spiss fl-Iskrittura Mqaddsa! Le! Bħala tifsila tal-ħajja li kien għażel li jgħaddi hekk kif intebaħ li l-Mulej kien sejjaħlu sabiex idur lejH, huwa mill-ewwel xtaq li jqatta’ ħajtu bħala lajk Nisani f’għamla ta’ ħajja ta’ flimkien ma’ ħutu li kienu ġew mgħammdin miegħu nhar l-24 t’April tas-sena 387. Continue reading “Kemm hu sabiħ u ħelu li l-aħwa jgħammru flimkien!”

U dak u dik mhux hekk?

Minn Fr Mario Attard OFM Cap

Ma nafx jekk ihijex xi waħda mill-mardiet umani. Inkella hijiex xi ħaġa made in Malta. Li naf żgur hu kemm joħloq l-uġiegħ dak il-misħut ġudizzju! Jiġifieri meta jien, għax naf li int, li ġej minn dak il-kulur jew minn dak il-partit, li se tgħid jiena inwaħħalha awtomatikament f’rasi li int dak li għedt għedtu bi skop. Biex tigwadanja. Biex tikseb xi vantaġġ. Continue reading “U dak u dik mhux hekk?”

Patri! Aħna hekk nibdew il-ġurnata!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Is-6.45 am ta’ filgħodu. Pager! X’ġara? “Raġel ħalliena Patri”, weġibni l-infermier tas-sala. Iġri Patri ħa tlaħħaq il-quddiesa! Iġri lejn waħda mill-wards l-aktar imbiegħdha tal-isptar!

Nidħol. U nsib ċorma infermiera. Qawsalla ta’ nazzjonalitajiet. Kien hemm Rumena, Ingliża, Pakistana, żewġ Spanjoli u xi ftit Maltin. Sellimitilhom: L-Għodwa t-Tajba! Good Morning! Bonas Dias! Issa sew! U bir-Rumen kif tgħid l-Għodwa t-tajba? Emmnuni li ma nafx! Għalhekk, dort lejn l-infermiera Rumena u staqsejtha kif tgħid L-Għodwa t-Tajba! B’ilsienha. Bună dimineața! Weġbitni. Ippruvajt ngħidha. Imma ilsieni weħilli! “Tajjeb għedtha?” staqsejtha. “Le,” qaltli. U tennithieli. Ippruvajt ngħidha darb’oħra. Din id-darba tbissmitli. Xegħel il-kulur l-aħdar! Il-frażi issa tgħaddi! Continue reading “Patri! Aħna hekk nibdew il-ġurnata!”

Hawn passa!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Bħalissa hawn passa! Ħafna persuni jinsabu ma jifilħux. Kull min tisma’! X’saru minnu? Kemm ilni ma naraha? It-tali u t-talija kienu ma jifilħux. U mela x’hawn idur fl-arja bħalissa biex hawn daqshekk nies mixħutin fis-sodda? “Bilfors ħi!” issib min jgħidlek. “Qed jinqaleb it-temp!” U, milli jidher, dan it-taqlib tat-temp qed iqalleb ukoll is-sistema ta’ saħħitna! Madankollu, u għall-grazzja ta’ Alla, il-mediċina għamlet passi ta’ ġgant f’dan ir-rigward. It-tipi qawwija u effikaċi ta’ mediċina li hawn fis-suq flimkien mal-mistrieħ jawguraw fejqan ta’ malajr. Almenu dawn huma ż-żewġ pariri li jagħtu t-tobba bravi tagħna. Continue reading “Hawn passa!”

L-1 ta’ Mejju: ix-xogħol u l-festa liturġika tax-xogħol

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Illum, il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju, tista’ tgħid kull nazzjon taħt is-sema jiċċelebra Jum il-Ħaddiem. Aktar minn ħamsin sena ilu l-Knisja rat din il-festa bħala opportunità biex tirrifletti fuq il-figura ta’ San Ġużepp. Il-ħaddiem li issapportja kemm felaħ lill-familja tiegħu. Għal dan il-għan l-Knisja għażlietu bħala Padrun tal-Ħaddiema kollha. Continue reading “L-1 ta’ Mejju: ix-xogħol u l-festa liturġika tax-xogħol”

Diġà bil-qargħa!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Mort nixtri l-gazzetti bħas-soltu. Għodu għodu. Qabel nibda’ jum twil ta’ ħidma fl-isptar. U fettilli nitfa’ ħarsti fuq il-monitor l-iswed. Għall-kurżità … jekk trid! U d-dehra rajtha! Rajtha eżatt bħalma tkun għalqa bil-qamħ u jkollha xi tondjatura f’nofsha. Forsi mogħtija bi ftit qmugħ! Imma kienet hi! Il-qargħa! Continue reading “Diġà bil-qargħa!”