Il-familja: is-santwarju għal soċjetà b’saħħitha

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Il-Jum Internazzjonali ddedikat lill-Familja mill-Ġnus Maqgħuda, liema Jum jiġi iċċelebrat nhar il-15 ta’ Mejju, u li din is-sena kellu bħala tema Assigurazzjoni għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, ġagħlni naħseb fit-tul fuq l-importanza tal-familja fi ħdan is-soċjetà tallum.

Il-familja, il-ċellola bażika tas-soċjetà, għandha għadma iebsa quddiem wiċċha xi tgerrem: is-sekularizzazzjoni. Fl-omelija tiegħu tul il-laqgħa li kellu fl-okkażjoni ta’ l-Ewwel Jum Nazzjonali tal-Familji Kattoliċi Kroati, li seħħ nhar il-5 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet, il-Papa Benedittu XVI saħaq kemm is-sekularizzazzjoni moderna, għaliex kinset lil Alla minn nofs, spiċċat biex qerdet ukoll il-familja. Continue reading “Il-familja: is-santwarju għal soċjetà b’saħħitha”

Il-bniedem tat-tama

Minn Patri Mario Attard OFM Cap                                                        

Il-motto kardinalizju tiegħu, Gaudium et Spes, jiġifieri l-hena u t-tama, ifisser ħajtu kollha. Il-Qaddej ta’ Alla, il-Kardinal Vjetnamita, François Xavier Nguyen van Thuân, għadda parti sostanzjali minn ħajtu mħabbat minn inġustizzji kbar imma, fl-istess ħin, imħarreġ fit-tliet virtujiet teologali tal-fidi, it-tama u l-imħabba. Minħabba l-vanġelu kien lest li jbati kull xorta ta’ tbatija speċjalment il-ġuħ u l-mibegħda li jġib miegħu l-fatt li tkun priġunier. Il-Kardinal kien vittma innoċenti tar-reġim Komunista fil-Vjetnam li żammu maqful għal tlettax-il sena sħaħ f’iżolament strett mingħajr qatt ħadd ma akkużah fuq xi ħaġa ħażina li seta’ wettaq. L-iskuża għal din il-priġunerija qarrieqa kienet sempliċiment għaliex kien meqjus bħala “perikoluż”. Madankollu, Van Thuân emmen bis-sħiħ li l-Mulej kien ħejja pjan apposta għalih f’dik il-ħajja krudili. Ittama kontra kull tama filwaqt li ħabb bi mħabba kbira lill-persekuturi tiegħu sal-aħħar. Interessanti ngħidu li wħud minn dawk stess li ħaqruh tant ġew misjuqa minn imħabbtu li sfaw ikkonvertiti minnu lejn il-Mulej Ġesù! Continue reading “Il-bniedem tat-tama”

Int prezzjuż/a!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Kienet tassew grazzja kbira għalija meta l-Mulej, permezz tas-superjuri tiegħi, tani l-grazzja li niġi magħżul u mibgħut bħala membru fil-fraternità Franġiskana Kapuċċina ta’ Għajn Dwieli sentejn ilu. F’dan il-kunventin u fil-Knisja ħelwa maqgħuda miegħu għamilt ħabib ma’ Sant’Antnin ta’ Padova! Imma min hu dan il-qaddis kbir u tant umli Franġiskan? Dan il-qaddis li kellu l-grazzja jiltaqa’ ma’ San Franġisk t’Assisi? Continue reading “Int prezzjuż/a!”

Għarkuptejja quddiem Don Bosco

Minn Patri Mario Attard OFM Cap 

Don Bosco fostna! Hekk kien jgħid il-motto tal-programm tal-Urna ta’ San Ġwann Bosco. Liema programm kien ippreżentat u mħawwar b’mod mill-aktar sabiħ u nteressanti. U, fost dawk l-attivitajiet sbieħ li kien hemm imħejjija għal kull kategorija ta’ nies kelli x-xorti li nkun preżenti għall-programm tat-tfal. Dan il-programm ittella’ ġewwa l-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla, nhar il-Ħamis 14 ta’ Mejju. Continue reading “Għarkuptejja quddiem Don Bosco”

Kemm hu sabiħ u ħelu li l-aħwa jgħammru flimkien!

Minn Patri Mario Attard OFM Cap

Il-kelma fraternità, jew komunità, saret kelma fuq fomm kulħadd! Dan hu tassew pożittiv! L-għaliex x’isir minnu l-bniedem jekk ma jgħix fis-sliem u l-għaqda ma’ ħutu l-bnedmin? Żgur li ma jibqax bniedem!

Għal min hu midħla tat-talb tal-qassisin, il-patrijiet, is-sorijiet, u llum ta’ bosta minn fost ħutna Nsara Maltin ukoll, fis-Salm 132(133), naqraw dan il-kliem li hu t-titlu ta’ din ir-riflessjoni tallum: “Kemm hu sabiħ u ħelu li l-aħwa jgħammru flimkien…” Santu Wistin, bħas-soltu, ma kienx kuntent b’din is-sentenza hekk kif kien jaqraha ta’ spiss fl-Iskrittura Mqaddsa! Le! Bħala tifsila tal-ħajja li kien għażel li jgħaddi hekk kif intebaħ li l-Mulej kien sejjaħlu sabiex idur lejH, huwa mill-ewwel xtaq li jqatta’ ħajtu bħala lajk Nisani f’għamla ta’ ħajja ta’ flimkien ma’ ħutu li kienu ġew mgħammdin miegħu nhar l-24 t’April tas-sena 387. Continue reading “Kemm hu sabiħ u ħelu li l-aħwa jgħammru flimkien!”