L-Evanġelju tat-Tlieta, 24 ta’ Ottubru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 12, 35-38

M’hemmx mistrieħ għal min irid is-sewwa għax kull minuta għandha valur. Kif titlaq ir-riedni taħsad u tinħasad. Tiskanta x’tista’ tasal biex tagħmel kif issib ruħek bla lġiem. L-aljenazzjonijiet huma ħafna, jiġbduk, jinteressawk u jirrendulek, għallinqas hekk iwiegħdu u hekk kultant hekk jagħmlu, imqar għal ftit.
Continue reading “L-Evanġelju tat-Tlieta, 24 ta’ Ottubru 2017”

L-Evanġelju tal-Ħadd, 22 ta’ Ottubru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Mt 22, 15-21

Maħduma bizzilla. Hekk ħasbu u hekk riedu u hekk għamlu. Kemm hu sabiħ il-ftehim! Kemm hu ikraħ il-ftehim meta l-ħsieb warjah ikun li tonsob jew tqarraq. Fthiemu l-għedewwa biex jonsbu u jkollhom fuq xhiex jixlu lil min kien ikbar minnhom. Kellu raġun meta qal li ulied id-dlam, ma min hu tal-qatgħa tagħhom huma iktar għaqlin minn ulied id-dawl. Jafu li fl-għaqda hemm is-saħħa imma nsew li l-għaqda tal-qattiela twassal għall-mewt tagħhom stess, għax min joqtol bis-sejf, bis-sejf imut.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd, 22 ta’ Ottubru 2017”

L-Evanġelju tas-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 12, 8-12

Il-kalendarju kattoliku huma mimli b’tifkiriet jewt festi lil nies li ġew maqtula kultant f’silenzju assolut jgħidu ħaġa waħda: “Jiena nemmen f’Ġesù Kristu”. Oħrajn urew dan it-twemmin tagħhom billi taw ħajjithom kollha kemm hi għal dak li dan it-twemmin kien ifisser għalihom.
Continue reading “L-Evanġelju tas-Sibt, 21 ta’ Ottubru 2017”

L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 20 ta’ Ottubru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 12, 1-7

In-nies jinġabru bl-eluf u jgħaffġu fuq xulxin. Dan huwa poplu li, bħalna l-Maltin, ordni ma jafx x’inhi. L-importanti min se jkun quddiem u min se jinqeda l-ewwel. Ftit li xejn nindunaw li iktar kemm ngħaffġu iktar naqgħu lura u ninqdew tard. Kultant anke fit-triq, mimlija mhux b’eluf ta’ nies imma b’eluf ta’ karozzi, ħafna huma l-galantomi li jridu jkunu quddiem ħaddieħor anke jekk b’sogru ta’ xi taffiġa. Ninġabru u ngħaffġu bħan-nagħaġ.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ġimgħa, 20 ta’ Ottubru 2017”

L-Evanġelju tal-Ħamis, 19 ta’ Novembru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 11, 47-54

L-ikla għand il-Fariżew ma spiċċat sew xejn. L-għalliema tal-liġi ħadu għalihom għax ħassew li f’dak li Ġesù kien qed jgħid dwar il-fariżej, kien hemm imdaħħlin huma wkoll. L-akkuża ta’ Ġesù, ma kienetx indirizzata lilhom iżd ahuma ħassewhom inġurjati, mmalfamati, akkużati u jekk mhux ikkundannati wkoll. Wieħed minnhom ma flaħx iżomm ħaqlu magħluq quddiem din l-offiża ta’ Ġesù u hekk kixef is-sens ta’ ħtija li kien qed iħoss. Għallinqas jidher li kellu kuxjenza li għada taħdem.
Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħamis, 19 ta’ Novembru 2017”

L-Evanġelju tal-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Lq 10, 1-12

Hu jagħżel. Hu jsejjaħ u jibgħat. Imma fuq kollox huwa jitlob u jħeġġeġ lil kullmin jibgħat biex jagħmel bħalu. Itolbu biex ikollna iktar ħaddiema kuraġġużi għax qed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Itolbu u tħallu xejn ifixkilkom, xejn u ħadd. Continue reading “L-Evanġelju tal-Erbgħa, 18 ta’ Ottubru 2017”