Ix-Xirka tal-Qaddisin

21. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 30 t’Ottubru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum nixtieq nitkellem fuq realtà sabiħa ferm tal-fidi tagħna, jiġifieri fuq ix-“xirka tal-qaddisin”. Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jfakkarna li b’din l-espressjoni nifhmu żewġ realtajiet: xirka fil-ħwejjeġ qaddisa u xirka bejn persuni qaddisa (nru 948). Ħa nieqaf fuq it-tieni tifsira: hawn qed nitkellmu fuq waħda mill-iżjed veritajiet konsolanti tal-fidi tagħna, għax tfakkarna li m’aħniex waħidna, imma teżisti xirka ta’ ħajja bejn dawk kollha li huma ta’ Kristu. Xirka li tiġi mill-fidi; fil-fatt, it-terminu “qaddisin” jirriferi għal dawk li jemmnu fil-Mulej Ġesù u huma mxierka f’ġismU fil-Knisja permezz tal-Magħmudija. Għalhekk l-ewwel Insara kienu msejħin ukoll “il-qaddisin” (ara Atti 9,13,32,41; Rum 8:27; 1 Kor 6:1). Continue reading Ix-Xirka tal-Qaddisin

Marija hija xbieha u mudell tal-Knisja

20. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 23 t’Ottubru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Inkomplu bil-katekeżi fuq il-Knisja, u l-lum nixtieq inħares lejn Marija bħala xbieha u mudell tal-Knisja. Biex nagħmel dan nixtieq naqbad espressjoni tal-Konċilju Vatikan II. Tgħidilna l-Kostituzzjoni Lumen gentium: “Omm Alla, kif diġà għallem San Ambroġ, hija xbieha tal-Knisja fl-ordni tal-fidi, tal-karità u ta’ l-għaqda perfetta ma’ Kristu” (nru 63). Continue reading Marija hija xbieha u mudell tal-Knisja

Il-Knisja hija Appostolika

19. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 16 t’Ottubru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Meta nistqarru l-Kredu ngħidu: “Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika u appostolika”. Ma nafx qattx irriflettejtu fuq it-tifsira li għandha l-espressjoni “il-Knisja hi appostolika”. Forsi xi darba, waqt xi żjara f’Ruma, ħsibtu fuq l-importanza ta’ l-Appostli Pietru u Pawlu li hawn taw ħajjithom biex iwasslu u jagħtu xhieda tal-Vanġelu. Continue reading Il-Knisja hija Appostolika

Il-Knisja hija Kattolika

18. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 9 t’Ottubru 2013

Għeżież ħbieb, l-għodwa t-tajba! Qed nara li l-lum, f’dan it-temp ikrah, kontu kuraġġjużi: prosit!

“Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika…”. Il-lum sa nieqfu nitkellmu fuq dan l-Attribut tal-Knisja: insejħulha Kattolika. Din hi s-Sena tal-Kattoliċità. Qabel xejn, xi jfisser Kattoliku? Ġej mill-Grieg “kath’olòn” li jfisser “skond kollox”, it-totalità. U din it-totalità f’liema sens tapplika għall-Knisja? F’liema sens aħna ngħidu li l-Knisja hi Kattolika? Jien nara li hemm tliet tifsiriet fundamentali. Continue reading Il-Knisja hija Kattolika

Il-Knisja hija qaddisa

17. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 2 t’Ottubru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu, wara li nkunu stqarrejna: “Nemmen fi Knisja waħda”, inżidu l-aġġettiv “qaddisa”; b’hekk nistqarru l-qdusija tal-Knisja, u din hi karatteristika li kienet preżenti sa mill-bidu fl-għarfien ta’ l-ewwel Insara, li kienu jissejħu sempliċement “il-qaddisin” (ara Atti 9:13,32,41; Rum 8:27; 1 Kor 6:1), għax kienu ċerti li hi l-azzjoni ta’ Alla, hu l-Ispirtu s-Santu li jqaddes il-Knisja. Continue reading Il-Knisja hija qaddisa

Nemmen fi Knisja waħda

16. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 25 ta’ Settembru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Fil-Kredu aħna ngħidu “Nemmen fi Knisja waħda”, jiġifieri nistqarru li l-Knisja hi unika u li din il-Knisja hi għaqda waħda fiha nfisha. Imma jekk inħarsu lejn il-Knisja Kattolika fid-dinja niskopru li hi tiġbor fiha kważi 3,000 djoċesi mxerrda mal-kontinenti kollha: tant ilsna, tant kulturi! Hawn insibu Isqfijiet ġejjin minn tant kulturi differenti, minn tant pajjiżi. Hawn l-Isqof tas-Sri Lanka, l-Isqof ta’ l-Afrika ta’ Isfel, Isqof mill-Indja, hawn ħafna hawnhekk… Isqfijiet mill-Amerika Latina. Il-Knisja hi mxerrda mad-dinja kollha! U safrattant l-eluf ta’ komunitajiet Kattoliċi jiffurmaw għaqda waħda. Kif jista’ jseħħ dan? Continue reading Nemmen fi Knisja waħda

Il-Knisja hija Omm, tkomplija

15. Katekeżi dwar il-Kredu mill-Papa Franġisku. 18 ta’ Settembru 2013

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Il-lum sa nerġa’ nitkellem fuq ix-xbieha tal-Knisja bħala omm. Lili togħġobni wisq din ix-xbieha tal-Knisja bħala omm. Għalhekk ridt nerġa’ lura fuqha, għax din ix-xbieha jidhirli li trid turina mhux biss kif inhi l-Knisja, imma anki liema wiċċ għandu jkollha dejjem iżjed il-Knisja, din ommna l-Knisja. Continue reading Il-Knisja hija Omm, tkomplija