Il-Papa Franġisku jikkundana l-attakki tal-missili fuq il-Kurdistan tal-Iraq

Waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ kull ġimgħa fil-Vatikan, il-Papa Franġisku kkundanna attakk riċenti b’missili fuq il-belt ta’ Erbil fil-Kurdistan fl-Iraq. “Nesprimi s-simpatija u s-solidarjetà tiegħi mal-vittmi, maċ-ċivili kollha, tal-attakk tal-missili li laqat żona urbana ta’ Erbil, il-kapitali tar-reġjun awtonomu tal-Kurdistan Iraq”, qal. “Ir-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien ma jinbnewx b’azzjonijiet bħal dawn, iżda bi djalogu u kooperazzjoni. Nitlob lil kulħadd biex jevita kull pass li jżid it-tensjoni fil-Lvant Nofsani u f’żoni tal-gwerra”.

aktar