Il-Papa Franġisku tajjeb wara l-operazzjoni

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku saritlu operazzjoni skedata tal-kolon u qiegħed jirreaġixxi tajjeb wara l-operazzjoni

Ilbieraħ wara nofsinhar il-Papa Franġisku ddaħħal fl-Isptar A. Gemelli, fejn saritlu operazzjoni, li kienet ippjanata, għal stenożi divertikulari tal-musrana l-ħoxna li ġiet konkluża filgħaxija.

“Il-Qdusija Tiegħu”, spjega Bruni, “rreaġixxa tajjeb għall-operazzjoni li saret taħt anestesija ġenerali u mwettqa mill-Prof Sergio Alfieri, assistit mill-Prof Luigi Sofo, Dr Antonio Tortorelli u Dr Roberta Megnhi”.

“L-anestesija kienet amministrata mill-Prof Massimo Antonelli, l-Prof Liliana Sollazzi, t-Tabib Roberto De Cicco, u t-Tabib Maurizio Soave. Preżenti wkoll fil-kamra tal-operazzjonijiet kien hemm il-Prof. Giovanni Battista Doglietto u l-Prof. Roberto Bernabei”.

Il-Papa Franġisku telaq minn Casa Santa Marta kmieni lbieraħ nofsinhar.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2021-07/pope-francis-doing-well-after-surgery.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading