L-ewwel Jum Dinji għan-Nanniet u l-Anzjani

Print Friendly, PDF & Email

L-ewwel Jum Dinji għan-Nanniet u l-Anzjani hu skedat għall-25 ta’ Lulju

L-ewwel Jum Dinji għan-Nanniet u l-Anzjani se jiġi ċċelebrat il-Ħadd 25 ta’ Lulju. Hekk ħabbar id-Dikasterju tal-Vatikan għal-Lajċi, Familja u Ħajja fi stqarrija stampa maħruġa it-Tlieta li għaddiet.

It-tema magħżula mill-Papa Franġisku għal din il-kommemorazzjoni inawgurali hija: “Jiena dejjem magħkom” (Mt 28:20). Huwa jesprimi l-qrubija tal-Mulej u tal-Knisja ma’ kull persuna anzjana, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida tal-pandemija.

Din it-tema, “Jien dejjem magħkom”, hija wkoll “wegħda ta’ qrubija u tama liż-żgħar u l-kbar jistgħu jaqsmu b’mod reċiproku”, tgħid l-istqarrija stampa. Mhux biss in-neputijiet u ż-żgħażagħ huma mistiedna biex ikunu preżenti fil-ħajja tal-anzjani, iżda l-anzjani u nanniet għandhom ukoll missjoni ta’ evanġelizzazzjoni, tħabbira u talb, li jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ fil-fidi tagħhom.

Biex tkompli tħeġġeġ iċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji fil-knejjes u l-assoċjazzjonijiet lokali, d-Dikasterju għal-Lajċi, l-Familja u l-Ħajja se joffri għodod pastorali minn nofs Ġunju, li se jkunu disponibbli fuq il-website: http://www.amorislaetitia.va

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2021-04/world-day-grandparents-elderly-dicastery-laity-family-life.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading