Belt tal-Vatikan, 10 Ottubru 2012 – “Qegħdin propju lejliet il-jum li fih niċċelebraw il-ħamsin anniversarju mill-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II u l-bidu tas-Sena tal-Fidi.” Dan kien kliem il-Papa Benedittu XVI nnifsu dalgħodu waqt li kien qed jitkellem fl-udjenza ġenerali fi Pjazza San Pietru. “U huwa dwar il-ġrajja ekkleżjali kbira tal-Konċilju li nixtieq nitkellem.”
“Anke llum, id-dokumenti tal-Konċiju Vatikan II huma bħal boxxla li tiggwida l-vapur tal-Knisja kif dan ibaħħar fl-ibħra miftuħa, qalb it-tempesti jew l-imwieġ ħiemda, biex jasal fid-destinazzjoni tiegħu.” Il-Papa spjega kif Vatikan II, li fih huwa kien ħa sehem bħala professur żgħażugħ tat-teoloġija fl-Università ta’ Bonn,“kien esperjenza unika li fiha huwa setgħa jkun xhud ta’ Knisja ħajja, li tpoġġi lilha nfisha fl-iskola tal-Ispirtu s-Santu, li kien il-vera forza li mexxiet il-Konċilju. Mument bħal dakinhar, li fih stajt tmiss kważi b’mod tanġibbli l-Universalità fiżika tal-Knisja, huwa tassew rari fl-istorja. Kien mument li fih il-Knisja kienet fil-milja tal-missjoni tagħha li twassal l-Evanġelju liż-żminijiet kollha u sat-trufijiet kollha tad-dinja.” Continue reading Lejliet jum kbira fil-Knisja.