Dawk ir-raġġi!

Bdejna l-istaġun tas-sajf. U, mill-kbir saż-żgħir, mill-aktar waħda żgħażugħa sal-ixjeħ waħda fostna, ilkoll, għalenija, f’xi mument jew ieħor, se nidħlu nagħmlu parti mill-kor ta’ kanzunetta mill-aktar popolari li tgħidx kemm konna nkantaw meta kont naqra ta’ qrempruċu jien, fid-dar tal-għażiża ommi u missieri, Alla jaħfirlu: Xi sħana! Xi sħana! Kulħadd ikanta magħna! Xi sħana! Xi sħana! Kulħadd allegru magħna! Continue reading “Dawk ir-raġġi!”