Vanġelu (Mk 6, 7-13): Il-Ħadd li għadda rajna kif Nazaret ma laqgħetx il-Kelma ta’ Ġesu. Dan jiġri wkoll lilna saċerdoti, katekisti u lajċi mpenjati fil-ħidma pastorali tagħna meta ma nsibux min jisma’. Jiħtieġ ma naqtgħux qalbna għax dak li għalina jidher falliment jista’ jkun opportunita’ biex jinfetħu bibien oħra. Hekk għamel Ġesu, li llum narawh jitlaq minn Nazaret biex imur f’irħula oħra. Jiddeċiedi li wasal il-waqt li jitlob l-għajnuna tad-dixxipli fil-missjoni tiegħu. Ried li l-Kelma tiegħu tasal permezz ta’ dawk li emmnu fiH u fil-Bxara t-Tajba. Għadu jagħmel hekk illum permezz tal-Insara kollha, li huma d-dixxipli ta’ Ġesu tal-lum. Continue reading “Lectio Divina tal-15-il Ħadd. Sena “B””